Għeżież Ġenituri
Huwa bi pjaċir li ninfurmakom li rċevejna konferma li din is-sena il-Griżma tal-Isqof ser tiġi ċċelebrata kif avżat, jiġifieri l-Ħadd 5 ta’ Lulju 2015 fil-11.15 am. Iċ-ċelebrant ser ikun l-E.T. Mons Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona O.P.
Nixtieq ninfurmakom dwar dawn l-affarjiet:
1. Il-Ġimgħa 15 ta’ Mejju, 2015 fis-7.15 pm Laqgħa ta’ Preparazzjoni għall-Ġenituri u l-Parrini taż-żgħażagħ li ser jirċievu il-Griżma tal-Isqof minn Soċju tal-M.U.S.E.U.M. Din il-laqgħa mhix ser issir.
2. Il-Ħadd 17 ta’ Mejju, 2015 fis-11.15 am ser issir Quddiesa bl-impenn tal-Parrini taż-żgħażagħ li ser jirċievu il-Griżma tal-Isqof. Jattendu il-Parrini, iż-żgħażagħ u l-ġenituri. Qed nibgħatilkom karta biex tiġi ffirmata mill-parrini u tinġieb dakinhar tal-Quddiesa. Importanti li kulħadd ikun bilqegħda fil-11.10 am.
3. Is-Sibt 13 ta’ Ġunju, 2015 Seminar qabel il-Griżma tal-Isqof bejn id-9.00 am u l-11.00 am. Poloz, avvizi, formazzjoni u provi. Importanti li jattendu għas-Seminar kollu il-ġenituri, parrini u żgħażagħ li ser jirċievu il-Griżma tal-Isqof.
4. Is-Sibt 4 ta’ Lulju, 2015 bejn l-4.30 pm u l-6.00 pm Qrar għaż żgħażagħ li ser jirċievu il-Griżma tal-Isqof flimkien mall-ġenituri u l-parrini
5. Il-Ħadd 5 ta’ Lulju, 2015 Jum il-Griżma tal-Isqof
8.00 am – 10.45 am Ħin biex jittieħdu xi ritratti fis-sala
10.55 am Kulħadd ikun bilqegħda fil-Knisja
11.00 am Wasla solenni ta’ Monsinjur Arċisqof Pawlu Cremona O.P.
11.15 am Tibda’ ċ-ċerimonja tal-Griżma tal-Isqof. Ta’ min ifakkar li mhux permess videos u ritratti. Ta’ min jiġbed l-attenzjoni dwar l-ilbes tall-ġenituri, żgħażagħ u parrini, li jkun jixraq għad-Dar t’Alla.
6. It-Tnejn 6 ta’ Lulju, 2015 Party għal dawk li għamlu l-Griżma tal-Isqof.
Inselli għalikom u nirringrazzjakom.