Ġurnata qabel tibda l-iskola, nistiednu lit-tfal kollha u lill-ġenituri tagħhom biex jiġu jitolbu l-għajnuna t’Alla fuq is-sena l-ġdida tal-iskola. Niltaqgħu fil-Knisja tal-Iklin nhar il-Ħadd 27 ta’ Settembru 2015 għall-quddiesa tal-11.15 am. Ġibu magħkom il-basktijiet u xi kotba jew tablet tal-iskola ħalli nberkuhom u nbierku lilkom ukoll biex il-Mulej ikun magħkom intom u tistudjaw.