Lura għall-Katekiżmu ma’ Miss Melanie

When:
November 9, 2015 @ 4:30 PM – 5:30 PM
2015-11-09T16:30:00+01:00
2015-11-09T17:30:00+01:00

Lill-ġenituri ta’ tfal li għandhom uliedhom jattendu l-Katekiżmu fil-parroċċa tagħna

Inti ġenitur li ilek minn żmien il-Griżma li tlaqt mill-ambjent tal-klassi tal-katekiżmu? Tixtieq terġa’ ttiegħem x’effett għandu dan l-ambjent fuqek, filwaqt li timraħ fuq temi attwali  li jqanqlu l-ħsieb?

Wara s-suċċess ta’ Lura lejn il-katekiżmu ma’ Miss Melanie s-sena l-oħra, Lura lejn il-Katekiżmu 2015 jwieġeb dawn il-mistoqsijiet bl-aktar mod kreattiv.  Dawn is-sessjonijiet jikkonsistu fi tliet laqgħat konsekuttivi t-Tnejn, 9, il-Ħamis, 12 u t-Tnejn, 16 ta’ Novembru.

F’dan il-vjaġġ ser nitilqu mil-laqgħa tal-Papa mal-Isqfijiet msejħa s-Sinodu li għadu kemm sar fil-Vatikan dwar il-Familja u minn hemmhekk niftħu ħsibijietna fuq il-familja tagħna llum u xi idejali sbieħ li nistgħu inħaddnu imnebbħin mit-tagħlim tal-Papa Franġisku.

Minn hawnhekk nimxu biex fit-tieni sessjoni nirriflettu fuq il-laqgħa ta’ Ġesu’ ma’ Xmun il-Fariżew u naraw ftit issues importanti li joħorġu minn din il-laqgħa mhux daqshekk magħrufa fil-Vanġeli.

Finalment, fis-16 ta’ Novembru nagħlqu fuq is-suġġett tal-fidi fil-ħajja moderna tal-lum. Aħna nemmnu? X’nemmnu? Kif nista nkun bniedemta’ fidi fil-ħajja mgħaġġla tal-lum? Kif nista’ ngħin lil uliedi jkunu nies ta’ fidi?

Il-metodoloġija ta’ dawn it-tliet sessjonijiet ser inħalliha ftit jew wisq mistura, iżda niggarantixxi li l-gost huwa l-fulkrum ta’ dawn il-ġranet. Is-suġġetti ser jiġu żviluppati bl-aktar mod interessanti, kreattiv u modern.  Nispera li narawkom ħalli flimkien nerġgħu nirritornaw fuq is-siġġijiet tal-klassi tal-katekiżmu u nġeddu ftit il-memorji, filwaqt li nirriflettu, permezz tal-attivitajiet, fuq ‘issues’ attwali.

Kull min hu interessat li jattendi, għandu jimla din il-formola t’hawn taħt u jagħtiha lil Miss Melanie mhux aktar tard mill-Ħamis, 5 ta’ Novembru 2015. Ibbukkjaw kmieni għax il-postijiet huma limitati.

Ms. Melanie Camilleri

———————————————————————————————————————

Jiena, ġenitur ta’/li nieħu ħsieb lil ……………………………….., li qiegħed/qegħda fil-klassi ta’ …………………………. se nattendi għal dawn is-sessjonijiet Lura għall-Katekiżmu ma’ Miss Melanie.

Firma ………………………………………….                                         Tel/Mob No ………………………………………
Lura Katekizmu

Posted in .