Tberik u Żjajar tal-Familji
Din is-sena it-tberik u żjajar tal-familji fix-xahar t’ Ottubru ser ikunu mqassma kif ġej:
It-Tnejn 24 t’Ottubru Triq Stefano Erardi (man-naħa tal-JB stores)
L-Erbgħa 26 t’Ottubru Triq Stefano Erardi (man-naħa tal-ex Old key Iron mongery)
Il-Ħamis 27 t’Ottubru Triq Geronimo Abos
(naħa Model Shop sa Keune) u
Triq Geronimo Abos
(naħa Therese Salon sal-Maypole)
Infakkru li:
Tajjeb li jkun hemm il-membri kollha tal-familja għat-tberik.
Napprezzaw jekk fid-dar tinżamm atmosfera ta’ talb waqt it-tberik billi settijiet ta’ radju u televixin jinżammu mitfija.
Is-saċerdot jew djaknu ma jeħux ikel jew xorb waqt it-tberik
Kull donazzjoni li tingħata tmur għall-ħtiġijiet tal-Parroċċa u t-tixrid tal-Vanġelu fl-Iklin, u mhux għas-saċerdot jew djaknu b’mod persunali.