Anniversarju taż-Żwieġ

When:
January 21, 2017 @ 6:00 PM – 7:15 PM
2017-01-21T18:00:00+01:00
2017-01-21T19:15:00+01:00
Cost:
Free

anniv-zwieg-21jan

  • Lill-Koppji li ser jiċċelebraw il-5, 10, 15, 20, 25, 30, 35, 40, 45 u 50 anniversarju taż-żwieġ tagħhom fl-2017
  • Sinjuri,
    Sirt naf li matul din is-sena 2017, jekk Alla jrid, intom ser tiċċelebraw anniversarju speċjali taż-żwieġ tagħkom fil-Mulej. Nifirħilkom.

    Naħseb li tkun ħaġa xierqa li naqsmu flimkien il-ferħ ta’ din il-ġrajja tal-ħajja tagħkom. Għalhekk fl-okkażjoni tal-Festa tal-Familja Mqaddsa, ser norganizzaw Quddiesa ta’ Ringrazzjament għalikom ilkoll.

    Din il-Quddiesa ser issir:
    Nhar is-Sibt 21 ta’ Jannar 2017
    Fis-6.00 pm
    Fil-Knisja tal-Iklin

    Jiċċelebra Mons Carmel Attard, Direttur tal-Moviment ta’ Kana.

    Għal min irid, wara l-quddiesa, il-Grupp Fundraising ser jorganizza Ikla tal-ġimgħa tal-Festa fis-sala parrokkjali.
    Nittama li tilqgħu din l-istedina tiegħi. Nitlob il-barka t’Alla fuqkom u fuq il-familji tagħkom.

    Fr Keith Bonnici
    Kappillan

    Posted in .