Wegħdiet tal-Griżma

When:
January 15, 2017 @ 11:15 AM – 12:15 PM
2017-01-15T11:15:00+01:00
2017-01-15T12:15:00+01:00
Cost:
Free

Għeżież Ġenituri
Nhar il-Ħadd, 15 ta’ Jannar 2017 huwa jum importanti ieħor fil-ħajja ta’ wliedkom, għaliex bi preparazzjoni għas-Sagrament tal-Griżma, wasal iż-żmien issa li jsiru żewġ affarijiet:
1. Li wliedkom jagħmlu t-talba biex jirċievu s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof b’mod formali lili bħala Kappillan, ħalli mbagħad bil-kunsens tagħhom u tagħkom nippreżenta lil uliedkom lill-Isqof għas-Sagrament f’Jum il-Griżma. Ma’ din it-talba hemm ukoll il-wegħda tagħhom li jippreparaw rwieħhom tajjeb għas-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof. (karta ħadra)

2. Li intom bħala ġenituri tagħmlu wegħda li takkompanjawhom spiritwalment fil-mixja tagħhom bħala Nsara issa li qed jikbru u anke wara li jirċievu dan is-Sagrament. (karta safra)

Għalhekk nistedinkom għall-quddiesa speċjali li ser issir nhar il-Ħadd, 15 ta’ Jannar 2017 fil-11.15 a.m. fil-Knisja Parrokkjali. Intom mitluba tkunu bilqiegħda fil-11.10 a.m. flimkien mat-tfal tagħkom. Oqgħodu bilqiegħda fejn tridu. Mhux ser ikun hemm postijiet riservati.
Qed nibgħatilkom il-formoli biex tibgħatuhom mimlijin mat-tfal tagħkom nhar it-Tnejn, 9 ta’ Jannar 2017 fil-ħin tal-katekiżmu. Imbagħad jinqraw flimkien fil-Knisja nhar il-Ħadd 15 ta’ Jannar 2017. Jekk hemm xi parrini li jridu jattendu, dawn jistgħu wkoll.
Dawk il-ġenituri u żgħażagħ, li għal raġuni valida (fosthom il-mard), ma jistgħux jiġu għal din il-quddiesa importanti, jew ma jħossuhomx komdi li jagħmlu din it-talba u l-wegħdiet li jmorru magħhom, għandhom ikellmuni jew iċempluli fuq 79972444.
Napprezza ħafna l-koperazzjoni tagħkom u nawguralkom kull barka mis-Sema għas-sena 2017.

Fr Keith Bonnici
Kappillan

Posted in .