Tberik u Żjajar tal-Familji – Settembru 2018
Din is-sena it-tberik u żjajar tal-familji fix-xahar ta’ Settembru ser ikunu mqassma kif ġej:
4.30 – 8.00 p.m. t-Tlieta 4 ta’ Settembru : Triq Erin Serracino Inglott
4.30 – 8.00 p.m. l-Erbgħa 5 ta’ Settembru : Triq Karmenu Vassallo (1-79) u Greenvale Apartments
4.30 – 8.00 p.m. l-Ħamis 6 ta’ Settembru : Triq Karmenu Vassallo (2-124)
4.30 – 8.00 p.m. l- Ġimgħa 7 ta’ Settembru : Pjazza Ninu Cremona u Triq Ġużè Ellul Mercer
4.30 – 8.00 p.m. t-Tnejn 10 ta’ Settembru : Triq Ġużè Pesci, Trejqet ir-Rumanzieri , Triq A.M. Caruana
4.30 – 8.00 p.m. t-Tlieta 11 ta’ Settembru : Triq Giovanni Curmi
** Tajjeb li jkun hemm il-membri kollha tal-familja għat-tberik.
** Napprezzaw jekk fid-dar tinżamm atmosfera ta’ talb waqt it-tberik billi computers, laptops, ipads u settijiet
ta’ radju u televixin jinżammu mitfija.
** Il-Kappillan ma jeħux ikel jew xorb waqt it-tberik.
** Tiġi apprezzata kull donazzjoni li tingħata għall-ħtiġijiet tal-Parroċċa u t-tixrid tal-Vanġelu fl-Iklin.