Proġett ‘Naħsbu f’Ħaddieħor’ – 2016

When:
January 22, 2016 all-day
2016-01-22T00:00:00+01:00
2016-01-23T00:00:00+01:00
Where:
Parroċċa Familja Mqaddsa Iklin

Meta Slider - HTML Overlay - Nahsbu f haddiehor

Proġett ‘Naħsbu f’Ħaddieħor’ – 2016
Wara li l-Papa Franġisku ħeġġiġna biex niftħu qlubna għal ħutna r-refuġjati, tul din is-Sena tal-Ħniena, il-Parroċċa tagħna fi ħsiebha li għal din is-sena taddotta familja ta’ refuġjati li qiegħda tieħu ħsiebha l-Knisja Maltija permezz tal-Kummissjoni Emigranti.
Nixtiequ li tul il-Ġimgħa tal-festa tal-Familja Mqaddsa 2016 jsir ġbir b’risq din il-familja ħalli l-Kummissjoni Emigranti jkollha biex tħallas kontijiet ta’ dawl, ilma, manutenzjoni u ħtiġijiet bażiċi oħra.
Huwa stmat li familja bħal din tiġi tiswa lill-Kummissjoni Emigranti €10 kuljum. Il-flus li niġbru jingħataw mill-parroċċa lill-Kummissjoni Emigranti. Dan għax aħna nafu li l-amministrazzjoni għaqlija tal-Kummissjoni tieħu ħsieb li l-flus jintefqu skont ix-xewqat tad-donaturi.

Posted in .