When:
January 21, 2017 @ 6:00 PM – 7:15 PM
2017-01-21T18:00:00+01:00
2017-01-21T19:15:00+01:00
Cost:
Free
Sinjuri,
Sirt naf li matul din is-sena 2017, jekk Alla jrid, intom ser tiċċelebraw anniversarju speċjali taż-żwieġ tagħkom fil-Mulej. Nifirħilkom.
Naħseb li tkun ħaġa xierqa li naqsmu flimkien il-ferħ ta’ din il-ġrajja tal-ħajja tagħkom. Għalhekk fl-okkażjoni tal-Festa tal-Familja Mqaddsa, ser norganizzaw Quddiesa ta’ Ringrazzjament għalikom ilkoll.
Din il-Quddiesa ser issir:
Nhar is-Sibt 21 ta’ Jannar 2017
Fis-6.00 pm
Fil-Knisja tal-Iklin
Jiċċelebra Mons Carmel Attard, Direttur tal-Moviment ta’ Kana.
Għal min irid, wara l-quddiesa, il-Grupp Fundraising ser jorganizza Ikla tal-ġimgħa tal-Festa fis-sala parrokkjali.
Nittama li tilqgħu din l-istedina tiegħi. Nitlob il-barka t’Alla fuqkom u fuq il-familji tagħkom.
Fr Keith Bonnici
Kappillan