Se terġa tkun magħna Karmen Tedesco nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Jannar fl-għaxra ta’ fil-għodu. F’dawn il-laqgħat, Nieklu Bnin ma’ Karmen Tedesco, hi tagħti informazzjoni u riċetti ta’ kif nistgħu nsajru u nieklu tajjeb għal saħħitna, kif ukoll tirrispondi għad-domandi u diffikultajiet ta’ dawk li jkunu prezenti. Kulħadd hu mistieden.
Nanna Kola project and Eating from the Heart.
Il- programm NannaKola Programme hu maħsub għan-nanniet (jew carers) li qed jieħdu ħsieb tan-neputijiet. Hu maħsub biex jgħin lin-nanniet oħra bex jieħdu ħsieb lin-neputijiet tagħhom, meta l-ġenituri jkunu għax-xogħol.
L-ewwel grupp ta’ laqgħat ser isiru minn Karmen Tedesco. Dawn huma serje ta’ ħames laqgħat li fihom in-nanniet jitgħallmu jieklu tajjeb u jsiru jafu x’inhu l-aħjar ikel sabiex jibqgħu b’saħħithom.
Bħala parti minn dan il-programm, hemm maħsub ukoll li aktar tard ikun hemm laqgħat kif tieħu ħsieb is-saħħa mentali, kif tibqa attiv/a mentalment u fizikament, kif isib il-kuntentizza u l-paċi u kif tqatta’ l-ħin man-neputijiet tiegħek b’mod kreattiv.
Nieklu Bnin Klimkien ma’ Karmen Tedesco
1. 4 ta’ Novembru Kif nieklu bnin għal saħħitna
2. 18 ta’ Novembru Kif nieklu ħafif : Sopop kesħin u sħan
3. 20 ta’ Jannar Snacks Għan-nanniet u n-neputijiet
4. 3 ta’ Frar Xarbiet għas-sajf u għax-xitwa, smoothies eċċ
5. 17 ta’ Frar Id-deżerta
Applikazzjoni
Jiena, ___________________________, Tel no ___________, li noqgħod _______________________________________________________________,
nixtieq nattendi għal dawn il-laqgħat Nieklu Bnin Klimkien ma’ Karmen Tedesco. Jekk isiru xi laqgħat oħra kif hemm imnizzel hawn fuq, jien bi ħsiebni nattendi/ mhux bi ħsiebni nattendi(Aqta’ barra dak li ma jgħoddx).
Firma ____________________________