Djaknu Dun Sinclair Bugeja – Ordinazzjoni

When:
October 28, 2016 @ 6:00 PM – 7:30 PM
2016-10-28T18:00:00+02:00
2016-10-28T19:30:00+02:00
Where:
KonKattidral San Ġwann il-Belt
Cost:
Free

Id-Djaknu Dun Sinclair Bugeja (please insert pic from Face book – Sinclair Bugeja)
Nhar il-Ġimgħa 28 t’Ottubru, l-E.T. Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna, ser jordna lis-Seminarista Sinclair Bugeja, mill-parroċċa tagħna, bħala Djaknu.
Dun Sinclair, li għandu 28 sena, trabba l-Iklin, fejn il-familja tiegħu għexu fi Triq Dun Karm. Huwa bin Stephen u Antida Bugeja. Ftit snin ilu, il-ġenituri tiegħu marru joqogħdu l-Mosta.
L-Ordinazzjoni ta’ Dun Sinclair bħala Djaknu ser tiġi ċċelebrata fil-Kon Kattidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta waqt Quddiesa konċelebrata li tibda fis-6.00 p.m.
Lil Dun Sinclair, ħafna jiftakruh bħala abbati u mbagħad Prefett tal-Abbatini fi-parroċċa tagħna. Qeda wkoll bħala President tal-Kummissjoni Żgħażagħ Iklin fi żmien l-ewwel Kappillan tal-Parroċċa, Monsinjur Karm Aquilina.
Wara li temm l-iskola sekondarja u s-Sixth Form, Dun Sinclair ġab Grad Universitarju mill-Università ta’ Malta fil-Kummerċ.
Huwa beda l-kors ta’ preparazzjoni biex isir qassis fis-sena 2009. Tul dan iż-żmien huwa għamel placements fil-parroċċi ta’ Ħal Balzan, Hal Għaxaq, l-Imtarfa, u issa f’ ta’ San Ġużepp Ħaddiem ġewwa Birkirkara.
Waqt is-sena intermedjarja mill-istudji tat-Teoloġija u Filosofija, Dun Sinclair għamel esperjenza ta’ diversi xhur f’parroċċa f’Louisville, ġewwa Collorado, fl-Istati Uniti tal-Amerika.
Dun Sinclair, li huwa l-ewwel vokazzjoni għas-saċerdozju djoċesan mill-parroċċa tal-Iklin, kemm ilu l-Iklin li sar Parroċċa, qalilna: ‘Issa s-sejħa tiegħi bħala djaknu hi li naqdi ‘l poplu t’Alla’.
Nhar is-Sibt, 29 t’Ottubru u nhar il-Ħadd 6 ta’ Novembru, bi pjaċir u radd il-Ħajr lil Alla, nilqgħu lil Dun Sinclair fil-parroċċa tagħna waqt il-quddies kollu tal-weekend.
Nawgurawlu u nitolbu għalih. Ma ninsewx nitolbu għal aktar vokazzjonijiet saċerdotali mill-parroċċa tagħna.

Posted in .