Għall-ewwel darba, din is-sena ħa nagħmlu kors ta’ taħdidiet minn Mons. Victor Zammit McKeon għal żmien ir-Randan kull nhar ta’ Tnejn mit-23 ta’ Frar sat-30 ta’ Marzu bejn l-4.30pm u l-5.15pm. Dawn ikunu opportunita biex nisimgħu ftit il-kelma t’Alla fi żmien ir-Randan. Isiru fil-kamra tal-kafe’ ħdejn l-entratura taċ-Ċentru tal-Katekiżmu.
Grazzi tassew talli taħdmu magħna għall-ġid t’uliedkom.