Festa tal-Qalb ta’ Ġesu’

When:
June 13, 2015 @ 6:00 PM
2015-06-13T18:00:00+02:00
2015-06-13T18:30:00+02:00

Dan huwa l-programm AĠĠORNAT tal-Ewwel Tqarbina 2015:

1. Seminar qabel l-Ewwel Tqarbina 23 ta’ Mejju 2015
9.00 – 10.00 Tfal (seminar) mis-Sisters ta’ Santa Monika fil-Knisja
9.00 – 10.00 Briefing Ġenituri (poloz u avvizi) fis-Sala
10.00 – 11.00 Seminar għall-ġenituri – minn Soċju tas-Socjeta MUSEUM fis-Sala
10.00 -11.00 provi għat-tfal

2. It-Tnejn 1 ta’ Ġunju, 2015 fl-4.30 pm Assessment tat-Tfal li ser jirċievu l-Ewwel Tqarbina

3. Is-Sibt 6 ta’ Ġunju bejn il-5.00-6.00p.m. – Qrar għall-ġenituri u tfal tal-Ewwel Tqarbina
4. Il-Ħadd, 7 ta’ Ġunju, 2015 Jum l-Ewwel Tqarbina fit-8.00a.m. – Ikun hawn ħin biex jittieħdu xi ritratti fis-sala. Tħallux għall-aħħar please.
9.25 a.m. – Jingħalaq il-bieb tas-sala għall-aħħar ritratti.
9.30a.m. – Tibda l-purċissjoni bit-tfal tal-Preċett. Jakkumpanjaw il-ġenituri flimkien mal-qraba u ħbieb. Tfal l-ewwel. Ġenituri u qraba u ħbieb wara.
10.00a.m. – Tibda l-quddiesa.
Infakkru li ma jistgħux jinġibdu ritratti jew videos. Ejjew lebsin b’mod li jixraq id-dar t’Alla.
Wara l-quddiesa refreshments fis-sala għall-ġenituri u t-tfal tal-Ewwel Tqarbina organizzati mill-parroċċa.
5. It-Tnejn, 8 ta’ Ġunju, 2015 – It-tfal tal-Ewwel Tqarbina m’għandomx Duttrina.
6. It-Tlieta, 9 ta’ Ġunju, 2015 – Party għal min irid għat-tfal tal-Ewwel Tqarbina għand il-McDonalds tal-Għargħur. Il-ħlas isir minn qabel mal-katekista.
7. Is-Sibt, 13 ta’ Gunju, 2015 – fis-6.00p.m. – Festa tal-Qalb ta’ Ġesu’. Quddiesa mmexxijja minn Fr Jimmy Bonnici, Rettur tas-Seminarju. It-tfal li għamlu l-Ewwel Tqarbina jattendu għall-quddiesa lebsin bl-ilbies tal-precett. It-tfal iġibu magħhom qoffini bil-fjuri biex jitfugħhom quddiem is-Sagrament. Wara toħroġ il-purċissjoni bis-Ss.Mu Sagrament mat-toroq tal-Iklin u barka Sagramentali quddiem il-Knisja Parrokkjali.

Is-sliem u l-ħajr.

reklami-Iklin3 (2)

Posted in .