Lir-Residenti kollha tal-Iklin
Sinjuri
Qed nikteb biex nitlob ftit mill-ħin tagħkom. Il-Parroċċa tal-Iklin bħalissa qed tagħmel studju minn riċerkaturi professjonali dwar il-ħtiġijiet soċjali tal-kommunita tagħna. Dan l-istħarriġ diġa ħa l-forma ta’ laqgħat ta’ konsultazzjoni ma’ diversi focus groups.
Issa jmiss li r-riċerkaturi Marika Fsadni and Associates iċemplu lil aktar minn 500 individwu fl-Iklin biex jagħmlu survey qasir ta’ ftit minuti, kunfidenzjali w xjentifiku dwar l-opinjonijiet tiegħek dwar dawn l-affarjiet. Per eżempju:
Għandna biż-żejjed postijiet publiċi fejn nimirħu? Irridu aktar? Ma rriduhomx?
Għandna bżonn aktar ħin għat-tfal u ż-żgħażagħ tagħna?
X’nistgħu nagħmlu biex ngħinu lil dawk li huma anzjani jew morda?
Ir-romol tagħna jħossuhom weħidhom? Jekk iva, x’nistgħu nagħmlu biex intaffu s-solitudni tar-romol tagħna?
Għandna problema ta’ traffiku fl-Iklin? X’inhu l-impatt tagħha fuqna?
Qed nieħdu ħsieb lit-tfal u ż-żgħażagħ bi bżonnijiet speċjali ta’ tagħlim u lill-persuni kollha b’xi tip ta’ diż-abilita (jew abilitajiet moħbija?)
Iħossuna ‘safe’ fi djarna? Nibżgħu minn serq jew vandaliżmu?
Il-persuni jintgħażlu bil-polza b’mod xjentifiku bi programm komputerizzat apposta. L-ismijiet mhux ha jittieħdu mir-records tal-parroċċa imma minn informazzjoni pubblika.
Ir-riżultati (imma mhux min qalhom) ħa jiġu studjati professjonalment u mbagħad jiġu ppjanati proġetti biex nippruvaw li dawn il-ħtiġijiet ikunu milħuqa. Ir-risposti jiġu mdaħħla f’computer b’mod kollettiv sabiex tiġi rispettata l-anaonimita ta’ min jieħu sehem fis-survey.
Dan il-proġett qed jiġi ffinanzjat mill-APS Bank.
Mela, jekk Marika Fsadni and Associates iċemplulek u jitolbuk ftit minuti biex twieġeb survey dwar il-ħtiġijiet soċjali tal-kommunita tal-Iklin, napprezzaw jekk tagħtiom ħinek. Il-kontribut tiegħek jaf ikun t’għajnuna għall-kommunita kollha.
Niżżik ħajr mill-qalb tal-għajnuna tiegħek għall-ġid soċjali tal-kommunita tagħna. Is-sliem.
Kappillan