Ġublew tal-Ħniena għat-tfal

When:
March 31, 2016 @ 8:00 AM – 11:15 AM
2016-03-31T08:00:00+02:00
2016-03-31T11:15:00+02:00
Where:
Kattidral tal-Imdina

Għeżież Ġenituri,
Kif tafu, il-Papa Franġisku nieda s-sena 2016 bħala Sena tal-Ħniena. Għalhekk, il-Kummissjoni Djoċesana Tfal fuq xewqa tal-Arċisqof Charles J. Scicluna nnifsu, se torganizza l-Ġublew tal-Ħniena għat-tfal kollha ta’ Malta.
Din hija laqgħa importanti tat-tfal kollha tagħna ma’ Monsinjur Arċisqof għas-Sena tal-Ħniena, u l-ewwel darba li Monsinjur Scicluna qed jiltaqa’ mat-tfal kollha ta’ Malta kemm ilu li sar Arċisqof.
Din ser issir ġewwa l-Katidral tal-Imdina nhar il-Ħamis 31 ta’ Marzu, 2016. Nitilqu mill-Iklin fit-8.00 a.m. u niġu lura fil-11.15 a.m.
Qed navżaw kmieni biex jekk jogħġobkom taraw li t-tfal kollha tagħna jżommu din il-ġurnata libera. Għal raġunijiet ta’ loġistika, ħalli jkun hemm post għal kulħadd, ġejt mitlub li nagħti risposta minn qabel tan-numru ta’ tfal li nistennew li ser imorru.
Għalhekk napprezza jekk timla l-formola ta’ hawn taħt u tirritornaha għand il-Katekist/a tat-tifel/tifla sal-Ħamis 3 (tlieta) ta’ Marzu.
Grazzi ħafna.

Kappillan
Jiena ____________________________ ġenitur/kustodju ta’___________________________ li qiegħed/qegħda fil-klassi ta’ ____________________ nagħti permess li jattendi/tattendi għaċ-Ċelebrazzjoni tal-Ġublew tal-Ħniena nhar il- Ħamis 31 ta’ Marzu, 2016. Qed nibgħat il-ħlas ta’ € 2 għat-trasport.
Firma ___________________________________________ Mob/Tel No. __________________________

Posted in .