Valletta
Malta
Nhar il-Ħadd 8 ta’ Jannar 2017 fil-Kon Kattidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fid-9.15 am, is-Seminarista Matthew Pulis mill-parroċċa tagħna ser jitlob lill-Knisja biex tilqgħu b’mod uffiċċjali bħala kandidat għall-ordinazzjoni tad-Djakonat u Presbiterat.
F’din il-konċelebrazzjoni, l-Eċċellenza tiegħu Mons. Charles J. Scicluna, Arċisqof ta’ Malta, f’isem il-Knisja ser jilqa’ u jippreżenta lil Matthew bħala kandidat għas-saċerdozju lill-komunita’ Nisranija.
Fit-tweġiba għas-sejħa tiegħu, Matthew jasal f’mument fejn b’mod pubbliku quddiem il-Knisja, ilissen il-kelmiet “Hawn Jien”. Din it-tweġiba tinkludi diversi tarġiet li jkomplu jippreparaw lis-seminarista biex eventwalment isir saċerdot skont il-qalb ta’ Ġesu’. L-ewwel waħda fost dawn hija din iċ-ċelebrazzjoni.
Nixtiequ għalhekk li tingħaqdu magħna biex inroddu ħajr lil Alla għas-sejħa li qiegħed jagħmel lil Matthew u sħabu. Nistednukom biex b’mod speċjali f’dan iż-żmien nakkumpanjaw lil Matthew u s-Seminaristi l-oħra bit-talb tagħna.