Il-Purċissjoni tal-Bambin

When:
December 22, 2014 @ 5:30 PM
2014-12-22T17:30:00+01:00
2014-12-22T18:00:00+01:00
Where:
Żona San Ġwann

Fil-5.30 pm Quddiesa fil-Knisja. Wara tibda purċissjoni bil-Bambin li tgħaddi minn dawn it-toroq fiż-Żona San Ġwann: Trejqet ir-Rumanzieri, Karmenu Vassallo, Patri Marjanu Vella, Ċensu Busuttil, Anton Buttiġieġ u lura għall-Knisja. In-nies ta’ dawn it-toroq huma mitluba li jixegħlu d-djar tagħhom u jieħdu sehem fl-istess triq tagħhom.

Waqt il-purċissjoni ħa jimxi l-Presepju ħaj żgħir, bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali. It-tfal,speċjalment iż-żgħar, huma mitluba li jiġu mlibbsin t’anġli u rgħajja. Tkun ħaġa sabiħa li min għandu jew jista’ jġib fanal żgħir mixgħul.

Wara l-purċissjoni jsir programm tal-Milied fil-Knisja, imtella’ mit-tfal tal-Katekiżmu għat-tfal u l-Prietka tal-Milied. Jittellgħu wkoll l-offerti tat-tfal għall-iskema ‘Adopt a Worker’ fil-parroċċa ta’ Durres fl-Albanija.

Wara ssir premjazzjoni lit-tfal fil-klassijiet tagħhom.Din l-attività tkun l-aħħar ġurnata tal-Katekiżmu għat-tfal għal din is-sena.

Posted in .