“Jekk il-Mulej ma jibnix id-dar,
għalxejn jitħabtu l-bennejja.
Jekk il-Mulej ma jħarisx il-belt,
għalxejn jishar l-għassies.” [Salm 127]
Ġurnata ta’ Talb għall-Familji
Illum kulħadd mistieden jitlob għall-familji tal-Iklin.
8.15 a.m. Issir it-Talba ta’ Sbieħ il-Jum.
Fiha nitolbu b’mod speċjali għall-familji tal-Parroċċa tagħna.
6.15 p.m. Quddiesa ċċelebrata minn Patri Anton Farruġia OFM, Assistent Delegat ta’ Monsinjur Arċisqof għal-Liturġija.
Mistiedna membri tal-Kummissjoni Liturġija, Kummissjoni Familja, Letturi, Kor, Animaturi, min iqarben, min inaddaf il-Knisja,
flower arrangers, helpers tal-maintenance, voluntiera tal-Uffiċċju Parrokkjali, Sagristan, Abbatini, u ġenituri tagħhom u ex-Abbatini.
Issir il-vestazzjoni tal-Abbatini ġodda.
Wara Adorazzjoni ta’ nhar ta’ Ġimgħa għall-Familji tal-Iklin.
Wara, fis-sala Parrokkjali, launching tal-programm il-ġdid ta’ Formazzjoni tal-Abbatini, premjazzjonijiet
u refreshments għall-Abbatini u l-ġenituri tagħhom.