Jum il-Missier

When:
June 20, 2015 @ 6:00 PM – June 21, 2015 @ 6:00 PM
2015-06-20T18:00:00+02:00
2015-06-21T18:00:00+02:00

TALBA GHAL JUM IL-MISSIER

Alla Missier ta’ kulħadd

f’dan Jum il-Missier

nitolbu biex insiru nixbħu lilek.

Kun Int il-Mudell tagħna.

Agħmilna għonja fil-ħniena,

agħtina l-għerf biex nagħrfu

nħobbu, immexxu, nikkoregu

u ngħallmu lil uliedna.

Għallimna kif nimxu magħhom

fit-triq tagħhom lejk,

ħalli jħobbuk dejjem aktar

b’qalb kbira u safja.

Fejn ma naslux aħna,

idħol għalihom Int Missier Ħanin,

ħarishom minn kull periklu,

zommhom ‘l bogħod minn kulma jista’ jweġġagħhom,

agħtihom l-għaqal, id-dehen u s-saħħa,

imlihom bl-umilta` u s-sabar,

seddaqhom fil-fidi, fit-tama u fl-imħabba.

Grazzi Mulej.

Ammen

Parroċċa Familja Mqaddsa L-Iklin

jum il missier

Posted in .