Il-Ħamis 24 ta’ Jannar 2019 — Tifkira ta’ San Franġisku de Sales, Isqof u Duttur tal-Knisja –
It-Tieni Jum tat-Tridu: Jum l-Imħabba fil-Familji.
‘L-imħabba taf tistabar u tħenn; l-imħabba mhijiex għajjura, ma
tintefaħx biha nfisha, ma titkabbarx fuq l-oħrajn; ma tagħmilx dak li
mhux xieraq; ma tfittixx dak li hu tagħha, xejn ma tinkorla; ma żżommx
f’qalbha għad-deni, ma tifraħx bl-inġustizzja, imma tifraħ bil-verità;
kollox tagħder, kollox temmen, kollox tittama, kollox tissaporti.
L-imħabba ma tintemm qatt.’ (Ara 1 Kor 12, 31 – 13, 13)
8.30 a.m. Quddiesa għall-anzjani tal-parroċċa u wara kafè flimkien.
Jiċċelebra Monsinjur Salvinu Micallef.
6.15 p.m. Quddiesa ċċelebrata mill-Arċipriet tan-Naxxar, Dun David Gauci.
Mistiedna il-familji ta’ Triq Karmenu Vassallo, PP Saydon,
A. Buttiġieġ, Ġ. Ellul Mercer, Il-Poeti, Rumanzieri, Pjazza Ninu Cremona,
Triq A M Caruana, Ġuże’ Pesci, P. A. Cuschieri, P. Grech,
Erin Serracino Inglott, R. Taylor, May Butcher u il-Għargħur.