When:
November 28, 2015 @ 4:01 PM – December 8, 2015 @ 7:00 PM
2015-11-28T16:01:00+01:00
2015-12-08T19:00:00+01:00
Il-parroċċa se tniedi Kampanja Tiżjin Reliġjuż għall-Milied 2015. Din tikkonsisti f’żewġ kategoriji: Tiżjin reliġjuż mal-faċċata/tieqa/gallarija u Presepji.
Dawk li jixtiequ jieħdu sehem għandhom jimlew formola li tittieħed mill-Uffiċċju tal-Kappillan. Data tal-għeluq it-8 ta’ Diċembru 2015. Kull parteċipant jagħti donazzjoni ta’ 2 ewro għall-Fond Solidarjeta’ għall-persuni fil-bżonn tal-parroċċa kif ukoll jistieden lill-organizzaturi jżuru d-djar ħa jaraw ix-xogħlijiet u fl-istess ħin isir it-tberik tagħhom mill-kappillan. Jingħata ċertifikat ta’ parteċipazzjoni.