Fil-klassijiet tal-katekiżmu għat-Tfal, jingħataw il-Karusi tal-Imħabba b’riżq id-Dar tal-Providenza biex jiġu rritornati nhar Ħamis ix-Xirka waqt il-quddiesa tal-4.30pm. Issir katekeżi li dawn l-offerti jkunu frott tas-sagrifiċċju personali tat-tfal.