Pass ieħor fil-Mixja tal-Kommunita Parrokkjali tagħna
Is-Sibt 6 ta’ Mejju 2016 – Il-Konsagrazzjoni tal-Knisja Parrokkjali
B’radd il-ħajr lil Alla, u ta’ ħafna ġenerożita’ ta’ ħafna ħafna nies, wasal iż-żmien li nħabbru b’ferħ kbir li l-loan li l-parroċċa kellha fuq il-binja tal-Knisja u Ċentru Parrokkjali issa tħallas kollu.
Dan ifisser li l-parroċċa minnflok djun għandha eżatt żero. La għandna nagħtu imma ma għandna xejn tagħna mfaddal għal manutenzjoni kontinwa u ħtiġijiet oħra.
Peress li issa tħallsu d-djun kollha fuq il-Knisja u ċ-Ċentru b’radd il-ħajr lil Alla nħabbru li nhar is-Sibt 6 ta’ Mejju 2017 fis-6.00 pm, Monsinjur Arċisqof Charles Jude Scicluna ġej biex jikkonsagra l-Knisja Parrokkjali tal-Iklin.
Irroddu ħajr lil Alla.
Konsagrazzjoni tal-Knisja
Posted in .