Kor tat-tfal

When:
January 12, 2015 – January 31, 2015 all-day
2015-01-12T00:00:00+01:00
2015-02-01T00:00:00+01:00

Għeżież Ġenituri,

Wara li sar it-Think and Learn Activity f’Ottubru li għadda, it-tfal tagħkom urew ix-xewqa li jkun hawn kor tat-tfal li jkun jista janima quddiesa u funzjonijiet oħra tat-tfal.

Biex dan isir għandna bżonn numru ta’ tfal li huma interessati jibdew ikantaw mal-kor u numru iehor li jafu jdoqqu xi strument mużikali. Ovvjament biex il-kor ikun ta’suċċess ikun hemm bżonn li kemm il-kor kif ukoll dawk li jixtiequ jdoqqu jiltaqghu biex jgħamlu ftit prattika flimkien.

Jekk għandkom xi tfal li huma interessati nixtieq inkun naf bihom ħalli nkunu nistghu naraw kif l-ahjar naħdmu. Min hu interessat għandu jimla din il-formola u jħalliha fl-uffiċċju parrokkjali sal-31 ta’ Jannar 2015.

Grazzi ħafna.

Posted in .