Ix-xogħol u l-ekonomija fid-dawl tal-Evanġelju
Iċ-Ċentru Fidi u Ġustizzja flimkien mal-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali tad-djoċesi qed joffru Kors zghir dwar ix-xogħol u l-ekonomija fid-dawl ta’ l-Evanġelju. Dan il-kors ser jibda nhar it-Tlieta 20 ta’ April bejn 18.30 u 20.30, fis-Sala San Pawl, l-Istitut Kattoliku.
Id-dati tal-bqija tal-lekċers huma is-6, it-13, l-20 u s-27 ta’ Mejju. Fit-31 ta’ Mejju jkun hemm ukoll nofs ta’ nhar seminar.
It-temi li ħa jiġu ttratati huma dawn li ġejjin :
- Ħarsa nisranija lejn ix-xogħol
- L-Enċiklici dwar is-xoghol tal-bniedem
- Id-dinjita’ u d-drittijiet tal-ħaddiema
- Is-solidarjeta’ bejn il-ħaddiema u r-rwol tal-Unjins
- L-Istat u l-ekonomija
- Il-ġustizzja u l-ordni ekonomiku
- Is-suq u l-ekonomija globali