When:
September 15, 2018 @ 5:33 PM – September 16, 2018 @ 6:33 PM
2018-09-15T17:33:00+02:00
2018-09-16T18:33:00+02:00
Cost:
Free
Tul dan il-weekend, Manuel Said, ko-ordinatur tal-programm tal-formazzjoni tal-adulti fil-parroċċa tagħna,
u Fr Jimmy Bonnici, Direttur tal-Istitut Formazzjoni Pastorali tal-Arċidjoċesi ser iħabbru l-inizjattivi kollha ta’ formazzjoni għall-adulti tul is-sena pastorali minn Ottubru 2018 sa Ġunju 2019.
Dan ser isir fil-ħin tal-omelija. Ser jitqassam programm dettaljat tal-korsijiet kollha qosra li ser isiru fil-parroċċa u oħrajn organizzati b’mod djoċesan.
Tkun ħaġa sabiħa jekk nagħmlu sforz biex nattendu għal xi waħda minn dawn l-opportunitajiet ta’ formazzjoni tul is-sena, u li nwarrbu l-ħin biex nattendu, ħalli l-qadi tagħna jkun aktar infurmat.