Open Evening tal-Katekiżmu għat-Tfal
Wasal iż-żmien biex it-tfal tagħkom jibdew Sena ta’ Tagħlim Nisrani u preparazzjoni għas-Sagramenti fiċ-Ċentru tal-Katekiżmu tal-Parroċċa tagħna.
Għal sena oħra, qed nistieden lit-tfal kollha flimkien magħkom il-ġenituri biex tiġu hawnhekk il-Ħamis 24 ta’ Settembru bejn is-6.30 p.m. u s-7.30 p.m. skont kif imissek biex tiltaqgħu mal-katekisti li ser jgħallmu lil uliedkom. Kunjomijiet mill-A-H fis-6.30pm, mill-I-Q fis-6.50pm u mill-R-Z fis-7.10pm.
Hemm xi tibdil fil-katekisti u wħud minn dawn il-katekisti din is-sena huma ġodda.
Il-katekisti jkunu jistgħu jispjegawlkom ftit dwar il-kors li ser isegwu t-tfal tagħkom u l-inizjattivi ġodda li ser nieħdu din is-sena.
Tkunu tistgħu timlew registration form għal din is-sena li ġejja u tixtru l-kotba tas-sena l-ġdida li jiswew €5 għat-tfal fill-klassijiet iż-żgħar u €7.50 għal dawk fil-klassijiet il-kbar. Hemm ukoll ktejjeb ta’ 80 cents li jismu ‘Insir Naf Nitlob’ u l-kalendarju bid-dati kollha tal-Katekiżmu. Il-ktieb irid jinxtara minn min m’għandux.
Saru air conditioners f’kull klassi tal-Katekiżmu għat-tfal. Inxtrat software speċjalizzata għal tfal bi bżonnijiet speċjali. Għandna wkoll librerija żghira li minnha t-tfal jistgħu jisselfu l-kotba reliġjużi.
It-tfal li huma f’Year One tal-iskola Primarja ikollhom Katekiżmu għat-Tfal biss kull nhar ta’ Tnejn mill-4.30 p.m. sal-5.15 p.m. Dawn it-tfal jixtru biss il-ktieb għas-sena tagħhom li jiswa €3.50.
Qed nehmeż envelope biex min jista’ jagħti donazzjoni għall-ispejjeż tas-sena Kateketika. Din għandha tingħata lill-katekist/a sal-aħħar t’Ottubru 2015.
Mela nistennewkom bil-qalb li tiġu tarawna hawnhekk, flimkien mat-tfal tagħkom, bejn is-6.30 p.m. u s-7.30 p.m. nhar il-Ħamis 24 ta’ Settembru 2015. Min ma jistax jiġi, għal raġuni serja ħafna biss, għandu jibgħat text message lili personalment fuq 79972444. Grazzi ħafna.
Il-Mulej ibierek lilkom u lill-familji tagħkom.
Kappillan