Opening Evening tal-Katekiżmu għat-tfal

When: September 28, 2017 @ 6:30 PM – 7:30 PM

Open Evening tal-Katekiżmu għat-Tfal. Jinkitbu t-tfal fil-klassijiet, jinxtraw il-kotba. Kunjomijiet mill-A – H, 6.50 pm mill-I – O, 7.10 pm mill-R – Z.

IKEL U XORB BNIN ma’ Karmen Tedesco

When: June 14, 2017 @ 10:00 AM – 11:00 AM

Nhar l-Erbgħa, 14 ta’ Ġunju, fl-għaxra ta’ filgħodu fiċ-ċentru pastorali tal-Iklin ser issir l-aħħar laqgħa ma’ Karmen Tedesco dwar xarbiet tajbin għas-saħħa għall-adulti u għat-tfal. Kulħadd hu mistieden.

L-Ewwel Quddiesa ta’ Dun Sinclair Bugeja

When: July 1, 2017 @ 6:00 PM – 7:30 PM

Nħar is-Sibt l-1 ta’ Lulju, Dun Sinclair ser iqaddes l-ewwel Quddiesa tiegħu fil-parroċċa tagħna fis-6.00 p.m. Kulħadd mistieden. Inroddu ħajr lil Alla.

Ordinazzjoni Presbiterali – Sinclair Bugeja

When: June 30, 2017 @ 6:30 PM – 8:00 PM

Ordinazzjoni Presbiterali ta’ Sinclair Buġeja. Nhar il-Ġimgħa 30 ta’ Ġunju fis-6.30 p.m. fil-Kon Kattidral ta’ San Ġwann, id-djaknu Dun Sinclair Buġeja ser jiġi ordnat presbiteru mill-E.T. Mons Charles J. Scicluna , l-Arċisqof ta’ Malta.

Festa tal-Qalb Mqaddsa ta’ Ġesù

When: June 24, 2017 @ 6:00 AM – 8:00 AM

Festa tal-Qalb Mqaddsa ta’ Ġesù Fis-6.00 p.m. Quddiesa. It-tfal li għamlu l-Ewwel Tqarbina jattendu għall-quddiesa lebsin bl-ilbies tal-Preċett. It-tfal għandhom iġibu magħhom qoffini bil-fjuri biex jitfgħuhom quddiem is-sagrament waqt il-Purċissjoni bis-Sagrament.

Jum Adorazzjoni tas-SSmu Sagrament

When: June 23, 2017 @ 7:15 AM – 7:15 PM

Festa tal-Qalb Mqaddsa ta’ Ġesù Ġurnata adorazzjoni tas-SSMU Sagrament organizzata mill-gruppi u l-għaqdiet parrokkjali Wara l-quddiesa tas-6.15 p.m. ser issir siegħa Adorazzjoni Komunitarja. Tajjeb li wieħed jiġi jagħmel ftit ħin quddiem Ġesù espost f’xi ħin[…]

Jum il-Missier

When: June 18, 2017 all-day

Illum Jum il-Missier. Nitolbu għall-missirijiet kollha, kemm dawk ħajjin kif ukoll dawk mejtin. Tingħata l-Barka tal-Missirijiet waqt il-quddies kollu tal-weekend.

L-ewwel qrara għat-tfal

When: June 8, 2017 @ 4:30 PM – 5:15 PM

L-Ewwel Qrar għat-tfal li ser jagħmlu l-ewwel Tqarbina. bejn 4.30 p.m. u l-5.15 p.m. wara t-tfal jingħataw soft drinks.

Velja ta’ Talb – Konsagrazzjoni tal-Knisja Parrokkjali

When: May 5, 2017 @ 6:30 PM – 7:30 PM

Il-Ġimgħa, 5 ta’ Mejju – 18.40 Velja ta’ talb bi preparazzjoni għall-Konsagrazzjoni tal-Knisja u tal-Artal. Jiġu esposti r-relikwi li ser jitqiegħdu fl-Artal. Jitkanta l-ewwel għasar tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja u ssir prietka tal-okkażjoni minn Patri Marcello Ghirlando[…]

Spjega dwar il-Konsagrazzjoni tal-knisja

When: April 29, 2017 @ 6:00 PM – 7:00 PM

Is-Sibt u l-Ħadd 29 u 30 t’April – It-Tielet Ħadd tal-Għid – ‘Ibqa’ Magħna Mulej għax issa sar ħafna ħin’ Waqt il-quddies kollu tal-weekend l-omelija tispjega x’jiġifieri il-konsagrazzjoni tal-Knisja u tal-Artal Maġġur fid-dawl tal-Vanġelu tal-ġurnata.