Waqt kull quddiesa ser tingħata riflessjoni dwar il-ħarsien tal-ħolqien u l-ambjent mill-Kummissjoni Djoċesana Ambjent fid-dawl tal-Enċiklika tal-Papa Franġisku Laudato Si’.
Archives
Dilka tal-Morda
Il-Ħamis 18 ta’ Frar fid-9.30 am ser issir quddiesa bid-dilka tal-Morda. Min għandu bżonn trasport għandu javża l-Kappillan minn qabel.
X’Tgħallem l-Iskrittura dwar il-Ħniena
Fl-Okkażjoni għas-Sena tal-Ħniena: Jitkellem Patri Marcello Ghirlando OFM fil-Knisja Parrokkjali fis-6.45 pm It-Tnejn 1 ta’ Frar; It-Tnejn 8 ta’ Frar; It-Tnejn 15 ta’ Frar; It-Tnejn 22 ta’ Frar; It-Tnejn 29 ta’ Frar P. Marcello Ghirlando[…]
EŻERĊIZZI TAR-RANDAN GĦAL KULĦADD
EŻERĊIZZI TAR-RANDAN GĦAL KULĦADD JIPPRIETKA DUN KARIST ZAMMIT, ARĊIPRIET TA’ ĦAD-DINGLI Mit-Tnejn sal-Ġimgħa 22 sa 26 ta’ Frar wara l-quddiesa tat-8:30am Kulħadd mistieden
Karusi ta’ Mħabba
Il-Ħamis 11 ta’ Frar, 2015 fl-4.30 pm Fil-klassijiet tal-Katekiżmu għat-Tfal, jingħataw il-Karusi tal-Imħabba b’riżq id-Djar tal-Providenza biex jiġu rritornati nhar Ħamis ix-Xirka waqt il-quddiesa tal-4.30 pm. Issir katekeżi li dawn l-offerti jkunu frott tas-sagrifiċċju personali[…]
Ras ir-Randan
Ras ir-Randan L-Erbgħa 10 ta’ Frar fis-6.15pm Quddiesa tal-Erbgħa tal-Irmied bilparteċipazzjoni tat-Tfal. Tieħu ħsieb il-Kummissjoni Tfal.
Eżerċizzi għall-ġenituri tat-tfal tal-Katekiżmu
Eżerċizzi għall-Ġenituri tat-Tfal tal-Katekiżmu. Fl-4.30 p.m. Jipprietka Fr Brendan Gatt.
Tiġdid tal-Wegħdiet tal-Magħmudija
Tiġdid tal-Wedgħdiet tal-Magħmudija ta’ dawk li tgħammdu fi Xahar ta’ Frar. Mistednin it-tfal, il-ġenituri, parrini.
Carvery Night
Fl-okkażżjoni tal-festa ser isir Carvery night is-Sibt 23 ta’ Jannar fis-7 pm fis-sala. Naraw il-Malta Song for Europe flimkien. Biljetti mingħandi, Joe Mallia, Lawrence u l-helpers.
Pawlu Fest
Festa tal-Konverżjoni tal-Appostlu Missierna San Pawl PawluFest dwar San Pawl Missierna fil-klassijiet tal-Katekiżmu tat-tfal nhar it-Tnejn 25 ta’ Jannar 2016, fl-4.30 p.m.