Proġett ‘Naħsbu f’Ħaddieħor’ – 2016

When: January 22, 2016 all-day
Where: Parroċċa Familja Mqaddsa Iklin

Proġett ‘Naħsbu f’Ħaddieħor’ – 2016 Wara li l-Papa Franġisku ħeġġiġna biex niftħu qlubna għal ħutna r-refuġjati, tul din is-Sena tal-Ħniena, il-Parroċċa tagħna fi ħsiebha li għal din is-sena taddotta familja ta’ refuġjati li qiegħda tieħu[…]

Preżentazzjoni tat-Trabi lill-Familja Mqaddsa

When: January 31, 2016 @ 11:15 AM – 12:15 PM
Where: Knisja Parrokkjali, Pjazza Ninu cremona, Iklin

Illum qed tiġi ċċelebrata l-Festa tan-Nawfrawġju ta’ San Pawl f’Malta. Din qed tinżamm illum flok fl-10 ta’ Frar li ser jaħbat ukoll Ras ir-Randan. 11.15 a.m. Quddiesa bil-Preżentazzjoni tat-Trabi li tgħammdu s-sena li għaddiet, lill-Familja[…]

Jum il-Festa

When: January 30, 2016 all-day
Where: Knisja Parrokkjali, Pjazza Ninu Cremona, Iklin

Jum il-Festa ‘Kunu lkoll fehma waħda, ħossu għal xulxin, inħabbu bħal aħwa b’qalb ħanina u umli’ (1Pt:3:8) 5.30 p.m. Għasar kantat bil-Malti. Fil-5.30 p.m. Għasar Kantat bil-Malti Fis-6.00 p.m. Quddiesa tal-Festa tal-Familja Mqaddsa. Jipprietka Fr[…]

Jum il-Liturġija – it-Tielet Jum tad-Tridu

When: January 29, 2016 @ 6:15 PM – 7:15 PM
Where: Knisja Parrokkjali, Pjazza Ninu Cremona, Iklin

Fis-6.15 p.m. Quddiesa ċċelebrata minn Fr jesmond Manicaro. Mistiedna l-Operaturi Pastorali. Wara Adorazzjoni ta’ nhar ta’ Ġimgħa bl-intenzjoni tkun il-ġid spiritwali tal-Familji tal-Iklin.

Jum l-Evanġelizzazzjoni – It-Tieni Jum tad-Tridu

When: January 28, 2016 all-day
Where: Knisja Parrokkjali, Pjazza Ninu Cremona, Iklin

9.30 a.m. Il-Kummissjoni Djakonija ser torganizza żjara mill-membri tal-Grupp 60+ lil Saċerdoti anzjani u morda li joqogħdu fid-Dar tal-Kleru. 6.15 p.m. Quddiesa ċċelebrata minn Fr Ray Toledo. Janima l-Grupp tal-Evanġelizzazzjoni San Ġwann. Mistiedna l-operaturi pastorali[…]

Jum iż-Żgħażagħ – l-ewwel jum tat-Tridu

When: January 27, 2016 @ 6:15 PM – 7:15 PM
Where: Knisja Parrokkjali, Pjazza Ninu Cremona, Iklin

Fis-6.15 p.m. Quddiesa għaż-Żgħażagħ taż-Żgħażagħ Azzjoni Kattolika (Żak). Jiċċelebra Fr Luke Seguna. Janimaw u jkantaw iż-ŻAK Iklin.

Vestizzjoni tal-Abbatini ġodda

When: January 22, 2016 @ 6:15 PM – 7:15 PM
Where: Knisja Parrokkjali, Pjazza Ninu Cremona Iklin

Fis-6.15 p.m. Quddiesa biex il-Ġimgħa tal-Festa tħalli frott spiritwali. Iqaddes Dun Pawl Camilleri. Jieħdu sehem l-abbatini u ssir il-Vestizzjoni tal-Abbatini l-ġodda.

Jum il-Vokazzjonijiet

When: January 26, 2016 @ 6:15 PM – 7:00 PM
Where: Knisja Parrokkjali, Pjazza Ninu Cremona, Iklin

Fis-6.15 p.m. Quddiesa – Jiċċelebra Monsinjur Karm Aquilina u nitolbu għall-vokazzjonijiet mill-parroċċa tagħna, għall-ħajja miżżewġa, reliġjuża kkonsagrata u saċerdotali. Jieħdu sehem l-abbatini.

Jum il-Morda

When: January 25, 2016 @ 6:15 PM – 7:00 PM
Where: Knisja Parrokkjali, Pjazza Ninu Cremona, Iklin

Illum isiru żjajar lill-Anzjani mill-Iklin fid-djar tal-anzjani jew sptarijiet. Fis-6.15 p.m. Quddiesa li fiha nitolbu għal dawk il-familji mill-Iklin li għandhom nies morda fil-familji tagħhom. Jiċċelebra Dun Pawl Camilleri.

Jum it-Tfal

When: January 24, 2016 @ 11:00 AM – 7:00 PM
Where: Knisja Parrokkjali, Pjazza Ninu Cremona, Iklin

Fil-11.15 a.m. Quddiesa għat-tfal animata mill-Kummissjoni Tfal tal-Iklin. Iqaddes Fr Mark Ellul, surmast tas-Seminarju. Fis-6.00 p.m. Quddiesa ta’ Solidarjetà mat-tfal f’Laggja Mirdita fl-Albanija. Imexxi l-W.R.P. Anġlu Mamo, Promotur tal-Missjonijiet Dumnikani.