Laqgħa ta’ formazzjoni u għoti tal-Mandat mill-Kappillan lill-Ministri Straordinarji tat-Tqarbin. Din tibda fis-6.45 p.m.
Archives
Tberik u Żjajar fil-Familji
It-tberik u ż-żjajar fil-familji jkompli l- Erbgħa, 25 ta’ Novembru fi Triq Ġużè Ellul Mercer.
Tberik u Żjajar fil-familji
It-tberik u ż-żjajar fil-familji jkompli t-Tnejn 23 ta’ Novembru fl-4.30 pm fi Pjazza Ninu Cremona.
Laqgħa għall-Anzjani
Nhar il-Ħamis 3 ta’ Diċembru qed nistiednu lill-anzjani kollha għal laqgħa fil-11.30 am u wara nieklu biċċa timpana flimkien. Biljetti mingħand Doris Salomone.
Ħarġa għal Birżebbuġa
Il-ħarġa li jmiss, nhar it-Tlieta ser tkun għal Birżebbuġa. Biljetti minngħand Lawrence u l-helpers.
Italian Mixed Platter Night u Tombla
Il-Grupp Fundraising tal-Parroċċa qed jorganizza Italian Mixed Platter Night u Tombla fis-7.00 pm fis-Sala Parrokkjali. Biljetti €7.50 il-kbar u €4.00 iż-żgħar. Jinkludi Tiramisu diżerta. Biljetti mingħand Joe Mallia, Lawrence u l-helpers.
Jum l-Ewwel Tqarbina
Is-Sibt 28 ta’ Mejju, 2016 Jum l-Ewwel Tqarbina fl-4.30p.m.– Ikun hawn ħin biex jittieħdu xi ritratti fis-sala. Tħallux għall-aħħar please. 5.30p.m. – Jingħalaq il-bieb tas-sala għall-aħħar ritratti. 5.35p.m. – Tibda l-purċissjoni bit-tfal tal-Ewwel Tqarbina. Jakkumpanjaw[…]
Adorazzjoni
Wara l-Quddiesa tas- 6.15 p.m. fuq xewqa ta’ Monsinjur Arċisqof, ser issir Adorazzjoni bi preparazzjoni għall-Festa ta’ Kristu Re li tiġi ċċelebrata l-Ħadd ta’ wara.
Formazzjoni għal-Letturi
Il-Ħamis 19 ta’ Novembru fis-7.00 pm ser issir laqgħa ta’ formazzjoni għal-Letturi u waqtha jingħataw il-Mandat mill-Kappillan għas-Sena Pastorali li bdiet.
Bazaar tal-Milied b’risq il-Fond Solidarjeta’ tal-parroċċa
Matul il-weekend 5/6 ta’ Diċembru li ġej il-Kummissjoni Djakonija se torganizza Bazaar tal-Milied b’risq il-Fond Solidarjeta’ tal-parroċċa. Nistiednu lil min jista’ jgħin billi jġib kejkijiet/ħelu kif ukoll oġġetti ġodda jew f’kundizzjoni tajba għall-bejgħ. Grazzi.