Vjaġġ għal Lourdes
Ħamest ijiem sħaħ
22 – 28 Lulju 2015
L-Erbgħa | Il-grupp jiltaqa’ l-ajruport fis-7.00 p.m. u b’titjira diretta mal-Air Malta, fid-9.00 p.m. nitilqu għal Lourdes. Fil-11.25 p.m. naslu Lourdes u nirkbu l-coach li teħodna għal-Lukanda Lys De Marie (3 star superior) jew simili. Sistemazzjoni tal-kmamar u ħin għall-mistrieħ.
Il-Hamis | Wara l-kolazzjon nibdew il-mawra tagħna f’Lourdes bi żjara fil-Grotta ta’ Massabielle, fejn il-Madonna dehret lil Santa Bernadette Soubirous. Niċċelebraw l-Ewkaristija f’waħda mid-diversi knejjes/kappelli li jinsabu viċin il-Grotta. Ma’ tmiem il-Quddiesa, l-grupp jieħu ritratt ta’ tifkira quddiem il-Baziliki. Inkomplu billi nżuru t-tliet Baziliki u wara nagħmlu l-mixja tal-Via Sagra fuq l-għolja de l’Espeluges. Pranzu u wara optional excursion għal Gavarnie. Eskursjoni verament sabiħa li matulha naraw ħafna veduti meraviljużi. Gavarnie huwa raħal qalb il-muntanji, 1357 metru ’l fuq mill-baħar. Nagħmlu waqfa fuq Pont du Napoleon u ngawdu veduta mill-aqwa u anke wieħed jista’ jixtri xi tifkira tal-post. Hekk kif naslu Gavarnie nistgħu nagħmlu mixja qalb xenarju mill-isbaħ jew min irid jista’ anke jieħu rikba fuq xi żiemel. Ċena fil-lukanda u wara fid-9.00 p.m. nieħdu sehem bħala grupp, fil-Purċissjoni Aux Flambeaux li tibda mill-Grotta u tintemm fil-pjazza ta’ quddiem il-Bażilika tar-Rużarju. F’din il-purċissjoni l-pellegrini jimxu wara l-istatwa tal-Madonna b’xemgħa mixgħula f’idejhom u jingħad ir-rużarju.
Il-Ġimgħa | Illum ikollna kolazzjon kmieni biex immorru fil-banjijiet li qegħdin viċin il-Grotta u hemm nagħmlu t-talb tagħna. L-ilma tal-banjijiet jitwassal minn nixxiegħa li qegħda fil-Grotta, proprju ħalli titwetttaq l-istedina tal-Madonna biex wieħed jinżel fl-ilma, jirrikonċilja u jitlob għall-intenzjonijiet tiegħu. Wara jkollna ċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa u ħin liberu li matulu nistgħu nżuru diversi postijiet ta’ interess konnessi ma’ Santa Bernadette, fosthom il-Mithna Boly (fejn twieldet), il-Cachot (fejn għexet matul żmien id-Dehriet) u l-Knisja Parrokkjali ddedikata lill-Qalb ta’ Gesù (fejn hemm il-battisteru li tgħammdet fih). Pranzu u wara optional excursion għall-Grotot meraviljużi ta’ Betherram (entratura nkluża), esperjenza unika li m’għandhiex tintilef. Dawn il-grotot huma meqjusa bħala wħud mill-isbah tad-dinja u definittivament l-iżjed interessanti minħabba l-varjazzjoni kbira ta’ forom li fihom. Dawn il-grotot huma meqjusa bħala wħud mill-isbaħ tad-dinja u definittivament l-iżjed interessanti minħabba l-varjazzjoni kbira ta’ forom li fihom. Ċena fil-lukanda.
Is-Sibt | Kolazzjon u wara optional excursion ta’ jum għal Artouste (packed lunch). Dawra verament sabiħa bil-coach fuq il-muntanji Pyrenees. Din il-ħarġa tilħaq l-aqwa tagħha meta permezz ta’ telecabine nitilgħu għoli ta’ 1920 metru minn fejn nirkbu petit train li permezz tagħha nduru qalb il-muntanji li jifirdu Franza u Spanja (telecabine u petit train ħlas extra ta’ €24.50 għall-kbar u €20 għat-tfal – minn 4 snin ’il fuq.) Wara nofsinhar immorru El Portalet, rahal zgħir fi Spanja fejn wieħed jista’ jagħmel ix-xiri tiegħu qabel nirritornaw l-lukanda. Wara ċ-ċena jkollna ċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa.
Il-Hadd | Kolazzjon u wara fid-9.30 a.m. nieħdu sehem fil-Quddiesa Internazzjonali li ssir fil-Bazilika l-Kbira ta’ taħt l-art iddedikata lil San Piju X. Esperjenza unika u xeni mpressjonanti ta’ devozzjoni. Wara din iċ-ċelebrazzjoni mmorru naraw DVD dwar il-Messagg ta’ Lourdes. Pranzu u wara optional excursion fil-Pyrenees National Park, li
huwa riserva naturali protetta u hemmhekk inżuru Pont d’Espagne. Eskursjoni mill-isbah fuq il-muntanji bl-opportunita’ li nitgħaxxqu b’xenarju sabiħ u kaskati meraviljużi. Ċena fil-lukanda u wara ħin liberu.
It-Tnejn | Wara l-kolazzjon ikollna optional excursion ta’ nofs ta’ nhar għal Bartres u l-Lac de Lourdes. Bartres huwa villaġġ zgħir ftit ’il bogħod minn Lourdes, fejn Santa Bernadette għexet għal żewġ perijodi matul hajjitha, inżuru d-dar (dħul extra) fejn kienet toqgħod ma’ min rabbieha u l-Knisja Parrokkjali ddedikata lil San Ġwann Battista, fejn kienet tmur titlob. Wara mmorru l-Lac de Lourdes fejn inkunu nistgħu nitpaxxew bis-sbuħija ta’ din l-għadira b’daqs ta’ 52 hectares u tinsab 422 metru ’l fuq mill-baħar. Pranzu u wara ħin liberu. Fil-5.00 p.m. ikun hemm il-Purċissjoni bis-Santissimu Sagrament li tibda minn ħdejn l-Altar il-Kbir li qiegħed fiċ-ċentru tal-“Praire” ta’ quddiem il-Grotta, sal-Bażilika ta’ taħt l-art fejn isir it-tberik tal-morda. Wara ċ-ċena, ħin liberu sakemm nitilqu mil-lukanda għall-ajruport. (Ħruġ mill-kmamar fis-7.00 p.m.)
It-Tlieta | It-titjira titlaq minn Lourdes fin-0.25 a.m. u tasal Malta fit-2.50 a.m.
PREZZ KULL PERSUNA
Kbar fi Triple €559
Kbar fi Twin €579
Kbar f’Single €672
Tfal (2 sa 5 snin) ma’ zewg adulti €465
Tfal (6 sa 10 snin) ma’ zewg adulti €505
PREZZ JINKLUDI
Titjiriet diretti ma’ l-Airmalta: Malta/Lourdes/Malta
Trasferimenti: ajruport/lukanda/ajruport
Akkomodazzjoni fil-Lukanda Lys de Marie (3 star superior) jew simili
Kmamar kollha bis-servizzi privati
Full Board (kolazzjon/pranzu/cena)
Servizz ta’ Tour Leader
Servizz ta’ Direttur Spiritwali
Taxxi kollha
ESKURSJONIJIET(Tfal ihallsu nofs prezz)
Gavarnie €27
Grotot ta’ Betharram (entratura nkluza) €27
Artouste / El Portalet (telecabine / petit train extra) €31
Pont d’Espagne €28
Bartres / Lac de Lourdes €15
ASSIKURAZZJONI
Kbar €25
Kbar (71-79 sena) €50 (Ikun meħtieġ li jimtela ċertifikat mediku. Il-formola tinkiseb mill-uffiċċju ta’ Britannia Tours)
Tfal €15
Nota: Ma’ kull booking jithallas depożitu ta’ €250 u, jekk tkun ser tittiehed, il-ħlas tal-assikurazzjoni.