When:
October 17, 2015 @ 5:45 PM – October 18, 2015 @ 7:15 PM
2015-10-17T17:45:00+02:00
2015-10-18T19:15:00+02:00
Il-Grupp Fundraising tal-Parroċċa ser jorganizza Plant, Cake and Book Fair nhar is-Sibt u l-Ħadd 17 u 18 t’Ottubru qabel u wara kull Quddiesa. Dan ser isir fil-bitħa ta’ barra taċ-Ċentru Parrokkjali, l-Iklin. Kulħadd mistieden iġib miegħu pjanti u qsari biex jinbiegħu sal-Ġimgħa 16 t’Ottubru. Donazzjonijiet ta’ kejkijiet u pasti jiġu milqugħa bil-qalb ukoll. Il-Kotba li ser jinbiegħu ser ikunu ġodda bil-ħsieb li jingħataw bħala rigali fil-Milied jew għal okkażżjonijiet oħra. Grazzi tassew.