Fl-okkażżjoni tal-Għaxar Anniversarju mit-Twaqqif tal-Parroċċa tal-Familja Mqaddsa fl-Iklin, il-Parroċċa flimkien mal-Foundation for Theological Studies qed torganizza Public Lecture dwar il-Parroċċa Maltija llum fid-dawl tal-Kitba tal-Papa Franġisku ‘ Evangelii Gaudium’.
Fis-7.15 pm nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Mejju fis-Sala Parrokkjali, l-Iklin.
Jagħmel id-diskors prinċipali Mons Carmelo Refalo, Arċipriet tax-Xagħra, Għawdex. Iwieġbu Mariella Catania u Mons. Anton Gouder. Ikun hemm ħin għar-riflessjonijiet personali qosra wkoll.
Kulħadd mistieden.