Purċissjoni bil-Bambin Ġesù

When:
December 21, 2015 @ 5:30 PM
2015-12-21T17:30:00+01:00
2015-12-21T18:00:00+01:00
Where:
Knisja Parrokkjali
Iklin
Malta

Tnejn 21 ta’ Diċembru 2015 – Purċissjoni bil-Bambin Ġesù
Nhar it-Tnejn 21 ta’ Diċembru ser tiġi ċċelebrata l-Purċissjoni bil-Bambin Ġesù mat-toroq tal-Iklin.
Fil-5.30 pm tiġi ċċelebrata Quddiesa fil-Knisja.
It-tfal għandhom ikunu fis-5.40 pm fil-Klassijiet please.
Fis-6 pm tibda Purċissjoni bil-Bambin Ġesù. Noħorġu mill-Knisja Parrokkjali, ngħaddu minn Triq Anton Buttigieg, Ġuzè Bonnici, Dun Karm (side road), Ġ. Ellul Mercer, P. Anastasju Cuschieri, Pawlu Grech, May Butcher, Richard Taylor, G Pesci u lura ghall-Knisja Parrokkjali.

In-nies ta’ dawn it-toroq huma mitluba li jixegħlu d-djar tagħhom u jieħdu sehem fl-istess triq tagħhom. Waqt il-purċissjoni ħa jimxi l-Prespju ħaj żgħir, bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali. It-tfal, speċjalment iż-żgħar huma mitluba li jiġu mlibbsin t’anġli u rgħajja. Tkun ħaġa sabiħa li min għandu jew jista’ jġib fanal żgħir mixgħul.

Wara l-Purċissjoni jsir programm tal-Milied fil-Knisja mtella’ mit-tfal tal-Katekiżmu għat-tfal u l-Prietka tal-Milied. Jittellgħu wkoll l-offerti tat-tfal biex ngħinu tfal żgħar f’Laggja Mirdita l-Albanija jirċievu tagħlim f’kindergarten mibni minn P. Geoffrey Bugeja, Dumnikan Malti missjunarju hemmhekk.

Mistiedna l-ġenituri.

Wara ssir premjazzjoni lit-tfal fil-klassijiet tagħhom.

Din l-attività tkun l-aħħar ġurnata tal-Katekiżmu.

Purcissjoni bil-bambin

Posted in .