Purċissjoni tar-Rużarju
Nhar is-Sibt 11 t’ Ottubru fis-6.00 pm tiġi ċelebrata Quddiesa tal-Madonna tar-Ruzarju. Wara ssir Purċissjoni tal-Madonna tar-Ruzarju bil-parteċipazzjoni tat-tfal.
Imexxi Patri Michael Camilleri OP, Pirjol u Kappillan tal-Parroċċa ta’ San Duminku, il-Belt Valletta.
Il-purċissjoni titlaq mill-Knisja fi Pjazza Ninu Cremona u tgħaddi minn dawn it-toroq: Patri Anastasju Cuschieri, biċċa żgħira minn Erin Serracino Inglott, Ġuże’ Pesci, u lura għall-Knisja.
Ma tgħaddix minn Triq Pawlu Grech, May Butcher u Richard Taylor kif avżat fil-Flimkien minħabba xogħolijiet li qed isiru hemmhekk.