Il-quddies il-Ġimgħa Lejliet il-Milied ikun fis-6 pm u l-10.30 pm, li tibda’ bil-carols u l-prietka tat-tifel. Jum il-Milied, bħal tal-Ħadd. Ikun hawn prietka tat-tifel jew tifla f’kull quddiesa. Il-Ħadd 26 ta’ Diċembru, Jum il-Familja Mqaddsa bħal tal-Ħadd ie fit-8.30 am, 10.00 am u 11.15 am u 6.00 pm.
Infakkru wkoll biex naħsbu kmieni għas-Sagrament tal-qrar f’dan iż-żmien qaddis.
M’hemmx il-pjan li jittieħdu bookings, imma kulħadd mitlub jaħseb kmieni biex ma jkunx iddiżżappuntat. Niftħu nofs siegħa qabel kull quddiesa.
Qed titqassam karta b’referenza bil-ħinijiet tal-quddies tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena.