Liturġija bil-parteċipazzjoni tat-Tfal. Tieħu ħsieb il-Kummissjoni Tfal.
21 ta’ Frar 2016
Lill-Ġenituri tat-Tfal tal-Katekiżmu
Ċelebrazzjoni fil-Vġili ta’ L-Għid – 26 ta’ Marzu 2016 fit-8.00 p.m.
Kif tafu l-ikbar festa tal-knisja bla dubju hi l-Għid Imqaddes. Għaldaqstant nixtieq li bħala Parroċċa niċċelebraw din il-festa flimkien magħkom il-ġenituri u t-tfal b’mod speċjali.
Qed nistieden lilkom ġenituri għaċ-ċelebrazzjoni tal-Vġili tal-Għid nhar is –Sibt 26 ta’ Marzu, fis-8.00 – 10.00 p.m. u wara jkun hemm drinks. Ser ikun hemm il-parteċipazzjoni tat-tfal f’din iċ-ċelebrazzjoni solenni u sa tkun ċelebrazzjoni ħelwa ħafna.
Għandna bżonn li t-tfal tal-klassijiet hawn taħt jieħdu sehem partikolari f’din iċ-ċelebrazzjoni. Ser issir żewġ provi t-Tnejn 14 ta’ Marzu u l-Ħamis 17 ta’ Marzu fil 5.15pm fil-knisja. Għalhekk, jekk jogħġbok imla din il-formola u agħtiha lill-katekist/a sat-Tnejn 7 ta’ Marzu .
Napprezza ħafna il-preżenza tagħkom dakinhar.
Is-sliem u kull hajr.
Dun Keith Bonnici
Kappillan
Għat-tfal tal-Klassijiet mit-Tieni sas-Sitt Sena
Jiena______________________________________ ġenitur / li nieħu ħsieb lil _______________________________ nagħtih/nagħtiha permess li jieħu / tieħu sehem fic-ċelebrazzjoni tas-Sibt 26 ta’ Marzu 2016. Ġej / ġejja għall-provi. In-numru tat-telefon u l-mobile tiegħi huma ____________________ u _____________________.