Smarties

When:
April 1, 2015 all-day
2015-04-01T00:00:00+02:00
2015-04-02T00:00:00+02:00

Grazzi ferm lil dawk li rritornaw l-istoċċijiet tal-Ismarties mimlijin. Napprezzaw jekk iġġibuhom lura qabel – jew wara – l-Ewwel t’April please. Daħlu 92 minn 650!!! Ġibuhom please.

Fil-Vażun hemm bejn 1234 u 123456 smarties. Biex taqta, ikteb ismek, mobile u kemm jaħseb li hemm Smarties fuq il-karti li hemm barra. It-Tnejn li jersqu l-aktar qrib jingħataw voucher ta’ €20 minngħand l-Aroma Restaurant. Id-deċiżjoni tittieħed fl-1 t’April! B’xejn din!!!

Fr Keith qal: ‘Kull Randan kont nitlobkom iġġibu l-ingridjenti għall-figolli, u kontu timlew 2 fridges bihom. Bejgħ tal-figolli dis-sena ser isir imma ħa nbiegħu figolli li jkunu saru kummerċjalment.

Kompla Fr Keith: ‘Minnflok, din is-sena se nagħmlu SMARTIES CHALLENGE . Ħa nagħtikom stoċċ SMARTIES, kul ta’ ġo fih, poġġi kemm tiflaħ tape madwar l-istoċċ biex l-istoċċ ma jitkissirx. Jekk jogħġbok, faddal muniti ta’ €1 (jew anqas). Itlob lill-membri tal-familja u ‘l ħbieb tiegħek jgħinuk. Imlieh u ġibu lura sal-1 t’ April 2015.

‘Jekk ma tridx tiekol l-Ismarties, żomm l-istoċċ, imma poġġi l-iSmarties gol-vażett apposta ħdejn il-bieb tal-Knisja u mbagħad nagħmlu challenge oħra biex naqtgħu kemm hemm Smarties fill-vażett’.

GRAZZI ĦAFNA
Smarties

Posted in .