Tberik u żjajar fil-Familji April 2015
Nitlobkom tieħdu ftit paċenzja bija din is-sena biss, għax minnħabba fiċ-ċirkustanzi ta’ saħħti, it-Tberik u Żjajar tal-Familji li soltu jsir fi żmien l-Għid, din is-sena ser jiġu posposti għal Awwissu li ġej meta ser issir Żjara Franġiskana fil-Parroċċa.
Din iż-Żjara ser iġġib fl-Iklin mat-tletin patri, soru u lajċi Franġiskani jżuru l-familji kollha tagħna tul żmien ta’ għaxart ijiem f’Awwissu li ġej. Tkun ukoll opportunita biex nitolbu magħhom u nisimgħu il-kelma tagħhom fid-djar u fil-Knisja. Dettalji jitħabbru aktar tard.
Nifhem li Awwissu mhux kulħadd ikun hawn imma dan huwa l-uniku żmien meta l-Franġiskani, li wħud minnhom iservu barra minn Malta, ikunu jistgħu jiġu numerużi fostna biex iżuruna.
Għalhekk, il-programm tat-tberik li hemm fil-paġni tan-nofs tal-Flimkien għal din is-sena mhux ħa jsir kif avżat.
Grazzi ħafna tal-ko-operazzjoni tagħkom.
Nitlob il-barka tal-Familja Mqaddsa fuqkom ilkoll.