Wasla tal-Kwadru tal-Madonna ta’ Pinu

When:
August 10, 2019 @ 4:00 PM – 11:00 PM
2019-08-10T16:00:00+02:00
2019-08-10T23:00:00+02:00
Cost:
Free

Parroċċa Familja Mqaddsa – l-Iklin
Żjara tal-Kwadru Pellegrin tal-Madonna Ta’ Pinu fil-Parroċċa tal-Iklin
Fl-okkażżjoni tal-400 sena tal-Kwadru Devot tal-Madonna Ta’ Pinu
Mis-Sibt 10 t’Awwissu sal-Ħamis 15 t’Awwissu 2019

Is-Sibt 10 t’Awwissu 2019
5.30 pm Nilqgħu fostna lill-Kwadru Pellegrin tal-Madonna Ta’ Pinu minn ħdejn l-istatwa tal-Madonna fi Triq Anton Buttiġieġ b’ korteo qasir, sal-Knisja Parrokkjali tal-Iklin, immexxi mill-E.T. Mons Mario Grech, Isqof t’Għawdex.
6.00 pm Quddiesa konċelebrata bis-sehem tat-tfal li għamlu l-Ewwel Tqarbina din is-sena u tal-ġenituri tagħhom, taż-żgħażagħ li rċevew is-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof u l-ġenituri u parrini tagħhom u tal-Operaturi Pastorali tal-Parroċċa tagħna. Mistednin ukoll is-Sindku u l-Kunsilliera tal-Iklin. Jikkonċelebraw is-saċerdoti tal-parroċċa. Imexxi l-E.T. Mons Mario Grech, Isqof t’Għawdex.
7.45 pm Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali fil-preżenza tal-Kwadru Pellegrin tal-Madonna Ta’ Pinu.
9.00 pm Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali fil-preżenza tal-Kwadru Pellegrin tal-Madonna Ta’ Pinu. Jiċċelebra Monsinjur Frans Abdilla.
Wara siegħa Adorazzjoni quddiem Ġesu’ Sagramentat għall-Qdusija tal-Kleru sal-11.00 pm.

Il-Ħadd 11 t’Awwissu 2019
Quddies fil-preżenza tal-Kwadru Pellegrin tal-Madonna Ta’ Pinu 8.30 am, 10.00 am, 11.15 am u 6.00 pm
11.15 am Mistednin b’mod speċjali għall-quddiesa tal-11.15 am in-Nanniet kollha mal-familji tagħhom għal ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija madwar il-Kwadru Pellegrin tal-Madonna Ta’ Pinu.

It-Tnejn 12 t’Awwissu 2019 u It-Tlieta 13 t’Awwissu 2019
6.45 am Quddiesa Votiva Tal-Madonna bi ħsieb Marjan
5.45 pm Rużarju kommunitarju
6.15 pm Quddiesa Votiva Tal-Madonna bi ħsieb Marjan

L-Erbgħa 14 t’Awwissu 2019 – San Massimiljanu M. Kolbe u lejliet l-Għid tal-Assunta
6.45 am Quddiesa Votiva Tal-Madonna bi ħsieb Marjan
5.30 pm Rużarju kommunitarju
6.00 pm Quddiesa bil-Konsagrazzjoni tal-Familji u persuni preżenti lill-Madonna ta’ Pinu
6.45 pm Rużarju meditat u servizz ta’ qrar
7.45 pm Quddiesa bil-Konsagrazzjoni tal-Familji u persuni preżenti lill-Madonna ta’ Pinu

Il-Ħamis 15 t’Awwissu 2019 – Jum l-Għid tal-Assunta
Quddies bil-Konsagrazzjoni tal-Familji u persuni preżenti lill-Madonna ta’ Pinu fit-8.30 am, 10.00 am, 11.15 am u 6.00 pm.

Posted in .