Nhar it-Tnejn 18 ta’ Diċembru 2023 fis-6.00 pm ser toħroġ mill-Knisja Parrokkjali l-Purċissjoni Tradizzjonali bil-Bambin Ġesu’. Bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali, ser ikun hemm, sehem ta’ tal-Għaqda Mużikali San Pio X. Ukoll presepju żgħir ħaj li jakkompanja l-purċissjoni. Jieħdu sehem ukoll l-Iklin Scout Group. Quddiesa dakinhar tkun fil-5.15 pm. It-tfal, speċjalment iż-żgħar, mistiedna jġibu fanal żgħir mixgħul sikur u jiġu lebsin ta’ anġli jew rgħajja. Mistiedna l-ġenituri. Wara, fil-pjazza, priedka tradizzjonali tal-Milied, Christmas stalls b’affarjiet tal-ikel u ambjent ferrieħi tal-Milied sad-9 pm fil-pjazza. Ejjew.