Fuq ix-xewqa ta’ Mons. Arċisqof Pawlu Cremona

Monsinjur Arċisqof Pawlu Cremona fill-Vista Pastorali ried li l-parroċċa tagħna tinqasam f’erba’ żoni u kull żona jkollha l-Grupp tal-Evanġelizzazjoni tagħha. Il-membri tal-gruppi tal-Evanġelizzazjoni jiltaqghu darba f’ġimgħa biex jirriflettu fuq il-Vanġelu tal-Ħadd ta’ qabel u jippjanaw xi attivitajiet pastorali fiż-żona tagħhom.

Diġa twaqqfu tlett Gruppi tal-Evanġelizzazjoni. Dawn huma:

  • il-Grupp ta’ San Mattew – fi Triq il-Wied / Upper Iklin
  • il-Grupp ta’ San Mark – fin-naħa t’isfel tal-Iklin li tmiss ma’ Ħal Lija .
  • il-Grupp ta’ San Luqa – fiż-żona ta’bejn il-Maypole u Triq Dun Karm

Issa wasal iż-żmien li, bl-għajnuna t’Alla u tagħkom, jinfetaħ il-Grupp ta’ San Gwann.

Qed infittxu nies ġeneruzi biex jgħinuna nagħmlu din ix-xewqa tal-Arċisqof rejalta.

Il-Grupp tal-Evanġelizzazjoni San Ġwann ħa jkopri t-toroq:

  • Karmenu Vassallo
  • Mons PP Saydon
  • Anton Buttiġieġ
  • Ġuże’ Ellul Mercer
  • Dun Karm (minn Ġuże’ Bonniċi sa Erin Serracino Inglott)
  • Trejqet il-Poeti
  • Trejqet ir-Rumanzieri
  • Pjazza Ninu Cremona
  • Anton Manwel Caruana
  • Ġuże’ Pesci
  • Patri Anastas Cuschieri
  • Pawlu Grech
  • Erin Serracino Inglott
  • Richard Taylor
  • May Butcher
  • Il-Għargħur (limiti tal-Balal – naħa waħda biss)

Dawk li joqgħodu f’dawn it-toroq u huma interessati li jagħtu sehmhom f’dan il-grupp huma mistiedna jkellmu lill-Kappillan.