Kor Ferħ u Tifħir

 Il-Kor ‘Ferħ u Tifħir’ ilu mwaqqaf għal bosta snin. Il-Kor jiltaqa’ kull nhar ta’ Sibt wara nofsinhar għall-provi u mbagħad jagħti sehmu fil-quddiesa tat-8.30 a.m. nhar ta’ Ħadd filgħodu. Il-Kor janima l-quddies kollu ta’ okkażjonijiet speċjali bħalma huma l-Milied, l-Għid, il-Ġimgħa tal-Festa u oħrajn. Kull min ikun interessat jingħaqad mal-Kor jista’ jkellem lill-Kappillan jew lil Jostte Cremona.
Ko-ordinatriċi:
Josette Cremona – Mob: 99839309