…dak kollu li tridu li l-bnedmin jagħmlu lilkom,
agħmluh ukoll intom lilhom … (Mt. 7:12)
Kummissjoni Djakonija
L-għan ewlieni tal-ħidma li twettaq il-Kummissjoni Djakonija hu li tqajjem sens ta’ solidarjetaꞌma’min hu fil-bżonn fost il-membri tal-parroċċa tal-Iklin. Dan tagħmlu billi toħloq awareness dwar xi problema partikulari, torganizza attivitajiet b’risq min ikollu bżonn xi għajnuna, kif ukoll permezz ta’ għajnuniet varji. Fost il-ħidmiet li twettaq il-Kummissjoni Djakonija Iklin hemm:
- Counselling
- Qadi
- Isir xogħol volontarju
- Visti fid-djar / fl-isptarijiet / fid-djar tal-anzjani
- Fond Solidarjetaꞌ – li permezz tiegħu tingħata għajnuna materjali u finanzjarja lil familji / individwi fil-bżonn
- Bazaar tal-Milied / attivitajiet oħra – b’risq il-Fond Solidarjetaꞌ
- Toħloq Gruppi ta’ Sapport
- Torganizza d-Dilka tal-Morda kull Randan
- Iġġib il-Blood Mobile Unit darbtejn fis-sena
- Taħditiet fuq suġġetti varji (eż dementia, awtiżmu, obesitaꞌ, drogi, saħħa mentali, ADHD eċċ)
- Solidarjetaꞌ permezz tal-Volontarjat – attivitaꞌ li matulha toffri Testijiet annwali (Ottubru) b’xejn tad-Dijabete, Glawkoma, Piż, Pressjoni.
|