Kummissjoni Kateketika għat-Tfal

Kummissjoni Tfal
Il-Kummissjoni Tfal fl-Iklin ġiet imwaqqfa uffiċjalment fid-19 ta’ Mejju 2013.
Fuq dimensjoni Djocesana, l-għanijiet tal-Kummissjoni Tfal huma biex:
·  tara li t-tfal ikollhom iċ-ċans jieħdu sehem b’mod attiv fil-ħajja tal-parroċċa
·  tkun il-vuċi tat-tfal tal-parroċċa
·  tikkoordina l-ħidmiet kollha li jsiru mat-tfal fil-parroċċa
·  tgħin biex it-tfal jikbru b’mod sħiħ bħala persuni nsara
X’tagħmel il-Kummissjoni Tfal Iklin
·  Preparazzjoni u animazzjoni tal-quddiesa ta’ l-ewwel Ħadd tax-xahar. Dan jinkludi preparazzjoni
ta’ talb u ħsibijiet tal-qari, welcoming people, backups. Kollox isir mit-tfal.
·  Quddiesa tal-festa addatata għat-tfal. Issir preparazzjoni bħal ta’ hawn fuq.
·  Quddiesa tberik tal-basktijiet ta’ l-iskola. Issir preparazzjoni bħal ta’ hawn fuq.
·  Open evening tal- katekiżmu. It-tfal jieħdu ħsieb jilqgħu u jibgħatu il-ġenituri fil-klassijiet
tat-tfal tagħhom.
·  Għajnuna għal-preparazzjoni ta’prayer spaces.
·  Lectio Divina għat-tfal tal-katekiżmu ( mit-tfal għat-tfal).
·  Għajnuna fil-Purċissjoni tal-Madonna f’Ottubru.
·  It-tfal jieħdu sehem fil-liturġiji prinċipali tal-parroċċa
·  Fil-vaganzi it-tfal ikollhom attivitajiet soċjali u reliġjużi


Għal din is-sena (2023) Il-Leaders tal-Kummissjoni Tfal Iklin huma:-

Jackie Mallia
Dr Veronica Zammit
Elizabeth Zammit
 

Talba tal-Ġenituri

Picture 1 of 3