Kummissjoni Tfal

Fuq dimensjoni Djocesana, l-Għanijiet tal-Kummissjoni Tfal huma biex:

  • tara li t-tfal ikollhom iċ-ċans jieħdu sehem b’mod attiv fil-ħajja tal-parroċċa
  • tkun il-vuċi tat-tfal tal-parroċċa
  • tikkoordina l-ħidmiet kollha li jsiru mat-tfal fil-parroċċa
  • tgħin biex it-tfal jikbru b’mod sħiħ bħala persuni nsara
  • Il-Kummissjoni Tfal fl-Iklin ġiet imwaqqfa uffiċjalment fid-19 ta’ Mejju 2013.

    X’tagħmel il-Kummissjoni Tfal Iklin

  • Preparazzjoni u animazzjoni tal-quddiesa ta’ l-ewwel Ħadd tax-xahar. Dan jinkludi preparazzjoni
    ta’ talb u ħsibijiet tal-qari, welcoming people, backups. Kollox isir mit-tfal.
  • Quddiesa tal-festa addatata għat-tfal. Issir preparazzjoni bħal ta’ hawn fuq.
  • Quddiesa tberik tal-basktijiet ta’ l-iskola. Issir preparazzjoni bħal ta’ hawn fuq.
  • Open evening tal- katekiżmu. It-tfal jieħdu ħsieb jilqgħu u jibgħatu il-ġenituri fil-klassijiet
    tat-tfal tagħhom.
  • Lectio Divina u laqgħa darba fix-xahar ( 7/7.30am) l-aħħar Ħadd tax-xahar ma’ Fr Keith
  • Għajnuna għal-preparazzjoni ta’prayer spaces.
  • Lectio Divina għat-tfal tal-katekiżmu ( mit-tfal għat-tfal).
  • Purċissjoni tal-Madonna f’Ottubru. Din issir b’ mod animat bi tfal lebsin ta’ personaġġi Bibliċi.
  • It-tfal jieħdu sehem fil-liturġija ta’ Ras ir-Randan, Lejliet il-Milied u Vġili ta’ L-Għid.
  • Fil-vaganzi it-tfal ikollhom live-in, immorru Għawdex, immorru naraw lix-xjuħ
    Little Sisters of the Poor, nistiednu lit-tfal ta’ Dar Saga Familja u ħarġiet oħra
  • Għal din is-sena (2019) Il-Kummissjoni Tfal Iklin hi komposta hekk:-

    LEADERS:-
    Jackie Mallia
    Christina Mallia
    William Farrugia
    President:- Naomi Casha
    Segretarju:- Luca Theuma

    Esperjenzi:

    L-Attività Li Jmiss

  • Il-Ħadd, 5 ta’ Mejju quddiesa għat-tfal tal-11:15 a.m.
  • Il-Ħadd, 2 ta’ Ġunju quddiesa għat-tfal tal-11:15 a.m.