Nilqgħu fostna lil Monsinjur Anton Vella

Monsinjur Anton Vella ilu jaqdi fl-Iklin minn Settembru 2014.

Jikteb Monsinjur Vella:

Sa minn meta sirt saċerdot, tnejn u erbgħin sena ilu, jien dejjem ħdimt f’parroċċa. Bdejt bħala viċi-Kappillan fil-Parroċċa tal-Gżira fejn twelidt u trabbejt. Iżda f’inqas minn tliet snin wara, l-Arċisqof Gonzi bagħatni Kappillan l-Imqabba fejn domt ħames snin. Imbagħad, fl-1980 l-Arċisqof Mercieca għarrafni li kien se jibgħatni Arċipriet iż-Żurrieq u hemmhekk għamilt sitt snin. Dawn iż-żewġ parroċċi ma kienx faċli għalija mmexxihom, minħabba l-problema tal-partiti tal-festi.

https://parroccaiklin.com/wp-content/uploads/2014/09/Mons_Anton_Vella.jpg

B’danakollu l-Arċisqof deherlu li għandu jibgħatni f’parroċċa ikbar, dik ta’ Santa Liena f’Birkirkara fejn domt fuq sittax-il sena, l-ewwel tmien snin bħala Arċipriet u t-tmien snin l-oħra bħala Prepostu. Fil-fatt ‘il Keith sirt nafu għall-ewwel darba meta kont Birkirkara, meta hu laħaq saċerdot fl-1995, billi l-ġenituri tiegħu kienu joqogħdu hemm, u mill-ewwel ħassejtni żgħir maġenbu. Iżda minn mindu sar Kappillan skoprejt ħaġa oħra fih, jiġifieri s-sense-of-humour u l-wit fin li kienu jispikkaw f’missieru u li naħseb kompla jiżviluppahom kemm dam l-Iskozja.

Wara Santa Liena jien ħdimt għal tliet snin fil-Parroċċa ta’ Ħal Lija bħala Rettur tal-Kappella tal-Madonna tal-Mirakli fejn Fr Keith ħadem ukoll iktar tard. Sadanittant, bdejt naħdem ukoll fit-Tribunal taż-Żwieġ, l-ewwel bħala Awditur imbagħad bħala Mħallef fejn għadni sal-lum.

Disa’ snin ilu, Monsinjur Arċisqof minn tal-Mirakli bagħatni Arċipriet tal-Katidral l-Imdina. Iżda fl-2008 imradt marda serja li ħallietni ‘l bogħod mill-parroċċa tal-Imdina għal ħames xhur sħaħ. B’danakollu, bil-kura tajba li tawni, imsieħba ma’ ħafna talb minn ħafna nies, irnexxieli nerġa’ nieħu saħħti. Din hija s-seba’ parroċċa li se naħdem fiha, sakemm saħħti tippermettili. Ġej bil-qalb għax se nkun ma’ żewġ saċerdoti tajbin u ħabrieka. Iżda ferħan l-aktar għax qed naħdem f’parroċċa żagħżugħa. Tneħħi l-parroċċa tal-Gżira, il-ħames parroċċi l-oħra li kont fihom ilhom jeżistu mijiet ta’ snin b’ħafna tradizzjonijiet marbutin magħhom.

Nittama li bil-preżenza tiegħi, inkun ta’ xi ftit għajnuna mhux biss għall-Kappillan iżda wkoll għall-membri kollha tal-parroċċa, speċjalment għall-lajċi impenjati fil-ħidma pastorali, taħt il-ħarsien tal-Familja Mqaddsa ta’ Nazaret.

B’danakollu l-Arċisqof deherlu li għandu jibgħatni f’parroċċa ikbar, dik ta’ Santa Liena f’Birkirkara fejn domt fuq sittax-il sena, l-ewwel tmien snin bħala Arċipriet u t-tmien snin l-oħra bħala Prepostu. Fil-fatt ‘il Keith sirt nafu għall-ewwel darba meta kont Birkirkara, meta hu laħaq saċerdot fl-1995, billi l-ġenituri tiegħu kienu joqogħdu hemm, u mill-ewwel ħassejtni żgħir maġenbu. Iżda minn mindu sar Kappillan skoprejt ħaġa oħra fih, jiġifieri s-sense-of-humour u l-wit fin li kienu jispikkaw f’missieru u li naħseb kompla jiżviluppahom kemm dam l-Iskozja.

Wara Santa Liena jien ħdimt għal tliet snin fil-Parroċċa ta’ Ħal Lija bħala Rettur tal-Kappella tal-Madonna tal-Mirakli fejn Fr Keith ħadem ukoll iktar tard. Sadanittant, bdejt naħdem ukoll fit-Tribunal taż-Żwieġ, l-ewwel bħala Awditur imbagħad bħala Mħallef fejn għadni sal-lum.

Disa’ snin ilu, Monsinjur Arċisqof minn tal-Mirakli bagħatni Arċipriet tal-Katidral l-Imdina. Iżda fl-2008 imradt marda serja li ħallietni ‘l bogħod mill-parroċċa tal-Imdina għal ħames xhur sħaħ. B’danakollu, bil-kura tajba li tawni, imsieħba ma’ ħafna talb minn ħafna nies, irnexxieli nerġa’ nieħu saħħti. Għadni kemm għalaqt wieħed u sebgħin sena (jien u Dun Pawl tampar xulxin għax twelidna fl-istess sena) u din hija s-seba’ parroċċa li se naħdem fiha, sakemm saħħti tippermettili. Ġej bil-qalb għax se nkun ma’ żewġ saċerdoti tajbin u ħabrieka. Iżda ferħan l-aktar għax se naħdem f’parroċċa żagħżugħa. Tneħħi l-parroċċa tal-Gżira, il-ħames parroċċi l-oħra li kont fihom ilhom jeżistu mijiet ta’ snin b’ħafna tradizzjonijiet marbutin magħhom.

Nittama li nkun ta’ xi ftit għajnuna mhux biss għall-Kappillan iżda wkoll għall-membri kollha tal-parroċċa, speċjalment għall-lajċi impenjati fil-ħidma pastorali, taħt il-ħarsien tal-Familja Mqaddsa ta’ Nazaret.