Talba tal-Milied ta’ San Bernard ta’ Clairvaux

Urina t-tjieba tiegħek, Mulej, sabiex aħna,
li maħluqin xbieha tiegħek, niddu tjubitek u nsiru nixbħuk.
Bis-saħħa tagħna biss
ma nistgħux nixbħu l-kobor, is-setgħa u l-għaġeb tiegħek
u lanqas ma jixraq li nippruvaw.
Iżda l-ħniena tiegħek tinżel mis-smewwiet
tgħaddi mis-sħab u tasal fid-dinja.
Int ġejt għandna bħala tarbija ċkejkna,
imma ġibtilna l-akbar fost ir-rigali kollha,
ir-rigal tal-ħajja ta’ dejjem.
Mellisna b’dawk l-idejn ċkejknin tiegħek,
għannaqna b’dawk id-dirgħajn żgħar,
u niffed qlubna b’dak il-biki ħelu u ġentili ta’ tarbija.

Ammen