Visti tal-Familji

Qed isiru l-Visti tal-Familji mis-Saċerdoti tal-Parroċċa fi Triq Karmenu Vassallo u fin-naħa ta’ fuq tal-Iklin. B’dawn il-Visti nixtiequ li niltaqgħu ma’ kulħadd. L-appuntamenti għal dawn il-visti jsiru minn helpers awtorizzati mill-Kappillan. Jekk ikollkom xi diffikultà, itolbuhom din l-awtorizzazjoni. Nirringrazzjaw lil dawn ilhelpers għas-sagrifiċċju tagħhom u nitolbukom tikkoperaw magħhom. Mal-Visti tal-Familji jsir ukoll it-Tberik tad-Djar, li mbagħad ma jergax isir, f’dawk it-toroq, fi Żmien l-Għid 2015.

Minn: 15 Settembru 2014
Sa: 30 Marzu 2015

Dun Pawl: It-Tnejn, it-Tlieta u l-Erbgha
Kappillan: It-Tnejn u l-Ħamis